Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2012 - Strasburgu

3. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President avża lill-Parlament, bi qbil mal-Artikolu 211(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 187 tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, li ġie interpellat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:

"Fil-każ li s-siġġu ta' membru sħiħ ta' kumitat jiġi vakanti, sostitut permanenti mill-istess grupp politiku għandu jkun intitolat li jivvota fil-post tal-membru sħiħ, fuq bażi temporanja sakemm is-sostituzzjoni proviżorja tal-membru sħiħ skont l-Artikolu 186(5), jew, fin-nuqqas ta' tali sostituzzjoni provviżorja, sakemm issir il-ħatra ta' membru sħiħ ġdid. Dan id-dritt huwa bbażat fuq id-deċiżjoni tal-Parlament dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitat, u l-għanijiet li jiżguraw li n-numru ta' membri tal-grupp politiku kkonċernat li jista' jieħu sehem fil-votazzjoni huwa ugwali għan-numru intitolati li jagħmlu dan qabel is-siġġu ġie vakanti."

Jekk ma tkunx ikkontestata minn xi grupp politiku jew minn almenu 40 Membru (Artikolu 211(4), tar-Regoli ta' Proċedura), qabel il-ftuħ tas-seduta ta' għada, it-Tlieta 11 ta' Diċembru 2012, din l-interpretazzjoni titqies bħala adottata. F'każ kuntrarju, tkun sottoposta għall-votazzjoni tal-Parlament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza