L-awtoritajiet kompetenti tal-Litwanja avżaw li Justina Vitkauskaite ġiet eletta għall-Parlament Ewropew minflok Viktor Uspaskich bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 21 ta' Novembru 2012.
L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Bulgarija avżaw li Monika Hans Panayotova ġiet eletta għall-Parlament Ewropew minflok Emil Stoyanov bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 6 ta' Diċembru 2012.
B'konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, peress li l-kredenzjali tagħhom ma ġewx ivverifikati u lanqas ma ttieħdet deċiżjoni dwar xi kontestazzjoni eventwali, Justina Vitkauskaite u Monika Hans Panayotova ħadu posthom fil-Parlament u fl-organi tiegħu filwaqt li jgawdu kompletament mid-drittijiet tagħhom, bil-kundizzjoni li jkunu għamlu minn qabel id-dikjarazzjoni li ma jwettqu l-ebda funzjoni li hi inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.