7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura):
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni) (00056/2012/LEX - C7-0407/2012 - 2010/0383(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja taħt l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relattivament għat-tibdil fil-konċessjonijiet fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat previsti fl-Iskeda tal-UE annessa mal-GATT tal-1994, u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (00061/2012/LEX - C7-0406/2012 - 2012/0054(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi, fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta' aġenti temporanji tal-Unjoni (00058/2012/LEX - C7-0405/2012 - 2012/0224(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni ta' kwoti tar-rati tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (00059/2012/LEX - C7-0404/2012 - 2012/0217(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti transizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (00066/2012/LEX - C7-0403/2012 - 2010/0197(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (00060/2012/LEX - C7-0402/2012 - 2012/0145(COD)).