Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 10 ta' Diċembru 2012 - Strasburgu

10. Trasferiment ta' approprjazzjonijiet

Bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għall-abbozz imressaq mill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet INF 11/2012, INF 12/2012, INF 13/2012, INF 14/2012 u INF 15/2012.

Bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għall-abbozz imressaq mill-Ombudsman Ewropew dwar it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet 4/2012.

Bi qbil mal-Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għall-abbozz imressaq mill-Qorti tal-Awdituri dwar it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet V/AB-12/C/12.

°
° ° °

Bi qbil mal-Artikoli 22 u 24 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għall-abbozz imressaq mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar it-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet DEC 1/2012, DEC 2/2012 u DEC 3/2012.

Bi qbil mal-Artikoli 22 u 24 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għall-abbozz imressaq mill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 1/2012.

°
° ° °

Bi qbil mal-Artikoli 24 tar-Regolament Finanzjarju, , il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea informat lill-Awtorità Baġitarja dwar il-proposti għat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet tagħha 6/2012 u 7/2012.

°
° ° °

Bi qbil mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju kif interpretat fil-Punt 20 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar miżuri tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Kumitat għall-Baġits approva l-proposta tal-Kummissjoni għat-trasferiment tal-approprjazzjonijiet DEC 48/2012 tal-Kummissjoni (N7-0128/2012 - C7-0384/2012 – 2012/2305(GBD)).

°
° ° °

Bi qbil mal-Artikolu 47(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li ma jippreżentax oġġezzjoni għall-abbozz imressaq mill-Ombudsman Ewropew dwar il-modifika tal-organigramma1 – sena finanzjarja 2012.

Avviż legali - Politika tal-privatezza