Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi [2010/0197(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Vital Moreira (A7-0389/2012)
Vital Moreira ppreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Tkellem Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellmu Ria Oomen-Ruijten f'isem il-Grupp PPE, Josefa Andrés Barea f'isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jaroslav Paška f'isem il-Grupp EFD, Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat, Paweł Zalewski, Gianluca Susta u Andreas Mölzer.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Silvia-Adriana Ţicău u Franz Obermayr.