L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Awstrija indirizzaw lill-President talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Hans-Peter Martin fil-kuntest ta' proċedura li nfetħet quddiem il-Prosekutur Pubbliku ta' Vjenna.
It-talba ġiet mgħoddija lill-kumitat responsabbli, jiġifieri l-Kumitat JURI, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regoli ta' Proċedura.