Indiċi 
Minuti
PDF 271kWORD 213k
L-Erbgħa, 12 ta' Diċembru 2012 - Strasburgu
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Ċerimonja tal-Premju Nobel għall-Paċi
 3.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 4.Dokumenti mressqa
 5.Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (13-14 ta' Diċembru 2012) (dibattitu)
 6.Għoti tal-Premju Sakharov (seduta formali)
 7.Ħin tal-votazzjonijiet
  
7.1.Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2012 (votazzjoni)
  
7.2.Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, kif modifikat mill-Kunsill (votazzjoni)
  
7.3.Baġit ġenerali ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)
  
7.4.Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/026 IT/Emilia-Romagna Motocicli (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.5.Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2012/005 SE/Saab (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.6.Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/018 ES/Pais Vasco Productos metalicos (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.7.Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/013 DK/Flextronics (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.8.Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/014 RO/Nokia (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.9.Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/011 AT/Soziale Dienstleistungen (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.10.Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2012/006 FI/Nokia Salo (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.11.L-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.12.Is-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)
  
7.13.L-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Unjoni Ewropea ***I (votazzjoni)
  
7.14.L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni ***I (votazzjoni)
  
7.15.Il-programm statistiku Ewropew 2013-2017 ***I (votazzjoni)
  
7.16.Kooperazzjoni msaħħa rigward it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji *** (votazzjoni)
  
7.17.Il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport (votazzjoni)
  
7.18.Id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2010 - 2011) (votazzjoni)
 8.Spjegazzjonijiet tal-vot
 9.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 10.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 11.Rapport annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2011 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni - Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem (dibattitu)
 12.Il-ftehim ġdid UE-Russja (dibattitu)
 13.Is-sitwazzjoni fl-Eġittu (dibattitu)
 14.Id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent (dibattitu)
 15.Is-sitwazzjoni fl-Ukraina (dibattitu)
 16.Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari
 17.Rapport ta' Progress 2012 dwar l-Albanija (dibattitu)
 18.Preparazzjoni tal-UE għal influss possibbli ta' rifuġjati mis-Sirja (dibattitu)
 19.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 20.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.05.


2. Ċerimonja tal-Premju Nobel għall-Paċi

Fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju Nobel għall-Paċi 2012 lill-Unjoni Ewropea, il-President u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu diskors qasir biex jenfasizzaw l-importanza simbolika tiegħu.

Wara, il-President tal-Parlament ipproċeda bi premjazzjoni simbolika lil għoxrin rappreżentant taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea, fil-preżenza ta' Andreas Mavroyiannis (President fil-kariga tal-Kunsill) u ta' José Manuel Barroso.


3. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

Mike Nattrass u Slavi Binev ingħaqdu mal-Grupp EFD b'seħħ mid-data 11 ta' Diċembru 2012.


4. Dokumenti mressqa

Ir-rapporti li ġejjin tressqu mill-Kumitati Parlamentari:

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni (17295/2012 - C7-0401/2012 - 2012/2281(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Francesca Balzani (A7-0409/2012)

- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 – it-Taqsimiet Kollha (17195/2012 - C7-0399/2012 - 2012/2307(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: Giovanni La Via, Derek Vaughan (A7-0410/2012)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2012/005/SE/Saab mill-Isvezja) (COM(2012)0622 - C7-0363/2012 - 2012/2279(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Frédéric Daerden (A7-0413/2012)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/014 RO/Nokia mir-Rumanija) (COM(2012)0618 - C7-0359/2012 - 2012/2275(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Nadezhda Neynsky (A7-0414/2012)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/018 ES/País Vasco minn Spanja) (COM(2012)0620 - C7-0364/2012 - 2012/2280(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Salvador Garriga Polledo (A7-0415/2012)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (l-applikazzjoni EGF/2011/026 IT/Emilia-Romagna Motorcycles mill-Italja) (COM(2012)0616 - C7-0350/2012 - 2012/2265(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Frédéric Daerden (A7-0416/2012)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/013 DK/Flextronics mid-Danimarka) (COM(2012)0623 - C7-0362/2012 - 2012/2278(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Jan Kozłowski (A7-0417/2012)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/006 FI/Nokia Salo mill-Finlandja) (COM(2012)0619 - C7-0360/2012 - 2012/2276(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Alda Sousa (A7-0418/2012)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/011 AT/Soziale Dienstleistungen mill-Awstrija) (COM(2012)0621 - C7-0361/2012 - 2012/2277(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Paul Rübig (A7-0419/2012)


5. Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (13-14 ta' Diċembru 2012) (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (13-14 ta' Diċembru 2012)

Andreas Mavroyiannis (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Joseph Daul u John Stuart Agnew, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Geoffrey Van Orden f'isem il-Grupp ECR, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Charles Goerens, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Laurence J.A.J. Stassen Membru mhux affiljata, Herbert Reul, Elisa Ferreira u Sharon Bowles.

PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI
Viċi President

Tkellmu Sven Giegold, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Olle Schmidt, Derk Jan Eppink, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Liisa Jaakonsaari, Tadeusz Cymański, Marine Le Pen, Mario Mauro, Roberto Gualtieri, Jean-Pierre Audy, Udo Bullmann, Elmar Brok, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Udo Bullmann, Liem Hoang Ngoc, Luis de Grandes Pascual, Ildikó Gáll-Pelcz, Marianne Thyssen, Gunnar Hökmark u Krišjānis Kariņš.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Othmar Karas, Csaba Sándor Tabajdi, Olle Schmidt, John Bufton, Zofija Mazej Kukovič, Ana Gomes u Antigoni Papadopoulou.

Tkellem Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Othmar KARAS
Viċi President

Tkellem Andreas Mavroyiannis.

Tkellmu Nicole Sinclaire Membru mhux affiljata, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFD, Geoffrey Van Orden f'isem il-Grupp ECR, Jill Evans f'isem il-Grupp Verts/ALE, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Enrique Guerrero Salom f'isem il-Grupp S&D, u Corien Wortmann-Kool f'isem il-Grupp PPE.

Id-dibattitu ngħalaq.

(Il-laqgħa ġiet sospiża f'11.55, bi stennija għall-għoti tal-premju Sakharov)


PRESIDENZA: Martin SCHULZ
President

6. Għoti tal-Premju Sakharov (seduta formali)

Minn 12.05 sas-12.50, il-Parlament inġabar f'seduta formali fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lill-Iranjani Nasrin Sotoudeh, avukat u difensur tad-drittijiet tal-bniedem, u Jafar Panahi, direttur tal-films.

Peress li kien impossibbli għalihom li jitilqu minn pajjiżhom, iż-żewġ rebbieħa kienu rappreżentati minn Karim Lahidji, Solmaz Panahi u Serge Toubiana, kif ukoll minn Shirin Ebadi u Costa Gravas, li indirizzaw lill-Kamra f'isem Nasrin Sotoudeh u Jafar Panahi.

°
° ° °

Tkellmu Robert Goebbels u Bruno Gollnisch.


7. Ħin tal-votazzjonijiet

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.

Il-President spjega xi dettalji dwar il-votazzjoni fuq il-baġit , u b'mod partikolari dwar il-kontenut tad-"Dikjarazzjonijiet Konġunti tat-tliet istituzzjonijiet maqbula fil-kuntest tan-negozjati dwar il-baġit 2013", annessi mar-Rapport Giovanni La Via u Derek Vaughan - A7-0410/2012. Wara li vverifika li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma kellhomx oġġezzjonijiet għal dawn id-dikjarazzjonijiet, iffirmahom.

Tkellem Göran Färm f'isem il-Grupp S&D, li għarraf li l-Grupp irtira l-abbozzi ta' emendi tiegħu għall-abbozz tal-baġit ġenerali.


7.1. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2012 (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni [17295/2012 - C7-0401/2012- 2012/2281(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Francesca Balzani (A7-0409/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2012)0485)


7.2. Abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, kif modifikat mill-Kunsill (votazzjoni)

Abbozzi ta' emendi għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, kif modifikat mill-Kunsill(it-taqsimiet kollha).

(Skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, biex jiġu adottati l-emendi jeħtieġu l-voti favorevoli tal-maġġoranza tal-Membri li jikkomponu l-Parlament Ewropew.)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)


7.3. Baġit ġenerali ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 - it-taqsimiet kollha (votazzjoni)

Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 – it-Taqsimiet Kollha [17195/2012 - C7-0399/2012- 2012/2307(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Giovanni La Via u Derek Vaughan (A7-0410/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2012)0486)

Interventi

Michael Theurer f'isem il-Grupp ALDE, talab li l-paragrafu 8 jitqiegħed għal votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet, u Giovanni La Via (rapporteur) oġġezzjona.

Wara l-votazzjoni, Andreas Mavroyiannis (President fil-kariga tal-Kunsill) għarraf li l-Parlament approva l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 mingħajr emendi, u laqa' dan ir-riżultat.

Huwa għamel ukoll dikjarazzjoni fil-qosor dwar il-ħidma tal-Presidenza Ċiprijotta.

Il-President qabel ma' dak li qal Andreas Mavroyiannis u għamel id-dikjarazzjoni li ġejja:

"Il-proċedura tal-baġit tlestiet skont l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Nikkonstata li l-baġit għas-sena finanzjarja 2013 ġie adottat b'mod definittiv".

PRESIDENZA: Jacek PROTASIEWICZ
Viċi President


7.4. Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/026 IT/Emilia-Romagna Motocicli (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (l-applikazzjoni EGF/2011/026 IT/Emilia-Romagna Motorcycles mill-Italja) [COM(2012)0616 - C7-0350/2012- 2012/2265(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Frédéric Daerden (A7-0416/2012)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2012)0487)


7.5. Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2012/005 SE/Saab (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2012/005/SE/Saab mill-Isvezja) [COM(2012)0622 - C7-0363/2012- 2012/2279(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Frédéric Daerden (A7-0413/2012)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2012)0488)


7.6. Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/018 ES/Pais Vasco Productos metalicos (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/018 ES/País Vasco minn Spanja) [COM(2012)0620 - C7-0364/2012- 2012/2280(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Salvador Garriga Polledo (A7-0415/2012)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2012)0489)


7.7. Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/013 DK/Flextronics (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/013 DK/Flextronics mid-Danimarka) [COM(2012)0623 - C7-0362/2012- 2012/2278(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Jan Kozłowski (A7-0417/2012)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2012)0490)


7.8. Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/014 RO/Nokia (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni FEG/2011/014 RO/Nokia mir-Rumanija) [COM(2012)0618 - C7-0359/2012- 2012/2275(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Nadezhda Neynsky (A7-0414/2012)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2012)0491)


7.9. Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/011 AT/Soziale Dienstleistungen (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2011/011 AT/Soziale Dienstleistungen mill-Awstrija) [COM(2012)0621 - C7-0361/2012- 2012/2277(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Paul Rübig (A7-0419/2012)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2012)0492)


7.10. Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2012/006 FI/Nokia Salo (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/006 FI/Nokia Salo mill-Finlandja) [COM(2012)0619 - C7-0360/2012- 2012/2276(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Alda Sousa (A7-0418/2012)

(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa: 3/5 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata b'votazzjoni unika (P7_TA(2012)0493)


7.11. L-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea fuq is-sikurezza mill-kriminalità [COM(2011)0335 - C7-0155/2011- 2011/0146(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Timothy Kirkhope (A7-0365/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjutata

Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni) ħa nota tar-rifjut u ddikjara li l-Kummissjoni ma rtiratx il-proposta tagħha.

Timothy Kirkhope (rapporteur) talab li ssir votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva. Huwa pproċeda b'dan il-mod.

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2012)0494)


7.12. Is-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni ***I (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE [COM(2011)0824 - C7-0457/2011- 2011/0397(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Artur Zasada (A7-0364/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjutata

Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni) ħa nota tar-rifjut u ddikjara li l-Kummissjoni ma rtiratx il-proposta tagħha.

Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, talbet li ssir votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva.

Tkellem Mathieu Grosch f'isem il-Grupp PPE, dwar din it-talba.

Permezz ta' VSI (157 favur, 496 kontra, 13-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta din it-talba.

Il-kwistjoni għalhekk ġiet riferuta lura lill-kumitat kompetenti biex tiġi eżaminata, skont l-Artikolu56(3) tar-Regoli ta' Proċedura.


7.13. L-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Unjoni Ewropea ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni) [COM(2011)0827 - C7-0458/2011- 2011/0391(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Giommaria Uggias (A7-0379/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2012)0495)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2012)0495)


7.14. L-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jirrevoka d-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2011)0828 - C7-0456/2011- 2011/0398(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Jörg Leichtfried (A7-0372/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2012)0496)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2012)0496)


7.15. Il-programm statistiku Ewropew 2013-2017 ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 [COM(2011)0928 - C7-0001/2012- 2011/0459(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Edward Scicluna (A7-0218/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Approvat hekk kif emendat (P7_TA(2012)0497)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2012)0497)


7.16. Kooperazzjoni msaħħa rigward it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji [COM(2012)0631 - 2012/0298(APP)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Anni Podimata (A7-0396/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Adottata (P7_TA(2012)0498)


7.17. Il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport (votazzjoni)

Rapport dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport [2012/2031(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Janusz Wojciechowski (A7-0331/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp Verts/ALE)

Rifjutata

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2012)0499)

Intervent

Janusz Wojciechowski (rapporteur), qabel il-votazzjoni.


7.18. Id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2010 - 2011) (votazzjoni)

Rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2010-2011) [2011/2069(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Monika Flašíková Beňová (A7-0383/2012)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adottata (P7_TA(2012)0500).


8. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet bil-miktub tal-vot:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 170 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fir-rapport verbatim ta' din is-seduta.

Spjegazzjonijiet orali tal-vot:

Rapport Francesca Balzani - A7-0409/2012
Laima Liucija Andrikienė, Daniel Hannan u Elena Băsescu

Rapport Giovanni La Via u Derek Vaughan - A7-0410/2012
Salvatore Iacolino, Laima Liucija Andrikienė, Charles Tannock, Mitro Repo, Daniel Hannan, Elena Băsescu u David Campbell Bannerman

Rapport Artur Zasada - A7-0364/2012
Lara Comi, Janusz Zemke, Phil Bennion, Ewald Stadler u Elena Băsescu

Rapport Giommaria Uggias - A7-0379/2012
Lara Comi, Phil Bennion, Emer Costello, Adam Bielan, Charles Tannock, Diane Dodds u Elena Băsescu

Rapport Jörg Leichtfried - A7-0372/2012
Lara Comi, Andrea Zanoni, Phil Bennion, Monica Macovei, Vicky Ford, Adam Bielan u Diane Dodds


9. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".

Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.

Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 14.50 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.05)

PRESIDENZA: Gianni PITTELLA
Viċi President

10. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


11. Rapport annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2011 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni - Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport Annwali tal-2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni [2012/2145(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Leonidas Donskis (A7-0377/2012)

Rapport dwar ir-rieżami tal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem [2012/2062(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Rui Tavares (A7-0378/2012)

Leonidas Donskis u Rui Tavares ippreżentaw ir-rapporti.

Tkellmet Erato Kozakou-Marcoullis (President fil-kariga tal-Kunsill) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Tkellmu Alf Svensson (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Edvard Kožušník (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Mariya Gabriel (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), László Tőkés f'isem il-Grupp PPE, Raimon Obiols f'isem il-Grupp S&D, Metin Kazak f'isem il-Grupp ALDE, Nicole Kiil-Nielsen f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Nikolaos Salavrakos f'isem il-Grupp EFD, Paul Murphy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philip Claeys Membru mhux affiljat, Kinga Gál, Jörg Leichtfried, Alexander Graf Lambsdorff, Barbara Lochbihler, Konrad Szymański, William (The Earl of) Dartmouth, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Sarah Ludford u Jörg Leichtfried, Auke Zijlstra, Francisco José Millán Mon, Richard Howitt, Sarah Ludford, Oldřich Vlasák, Frank Vanhecke, Jean Roatta, Ana Gomes, Bas Belder, Andrzej Grzyb, Joanna Senyszyn, Ivo Vajgl, Eduard Kukan, Maria Eleni Koppa, Laima Liucija Andrikienė, Pino Arlacchi, Jarosław Wałęsa u Elisabeth Jeggle.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Danuta Jazłowiecka, Pier Antonio Panzeri, Andrew Henry William Brons, Elena Băsescu, Antigoni Papadopoulou, Franz Obermayr u Oreste Rossi.

Tkellem Bernd Posselt dwar it-tabella elettronika fil-Kamra.

Tkellem Erato Kozakou-Marcoullis.

PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT
Viċi President

Tkellmu Leonidas Donskis u Rui Tavares.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.3 tal-Minuti ta' 13.12.2012 u punt 11.4 tal-Minuti ta' 13.12.2012.


12. Il-ftehim ġdid UE-Russja (dibattitu)

Rapport li fih ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-ftehim ġdid UE-Russja [2011/2050(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Hannes Swoboda (A7-0338/2012)

Hannes Swoboda ppreżenta r-rapport.

Tkellmet Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Tkellmu Inese Vaidere (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Ria Oomen-Ruijten f'isem il-Grupp PPE, Knut Fleckenstein f'isem il-Grupp S&D, Kristiina Ojuland f'isem il-Grupp ALDE, Werner Schulz f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Paul Rübig, Marek Henryk Migalski f'isem il-Grupp ECR, Niki Tzavela f'isem il-Grupp EFD, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Elmar Brok, George Sabin Cutaş, Anneli Jäätteenmäki, Paweł Robert Kowal, Jacek Protasiewicz, Boris Zala, Charles Tannock, Bernd Posselt, Tunne Kelam, Krzysztof Lisek, Paweł Zalewski u Vytautas Landsbergis.

PRESIDENZA: Miguel Angel MARTÍNEZ MARTÍNEZ
Viċi President

Tkellmu Alf Svensson u Konrad Szymański.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Csaba Sándor Tabajdi, Bas Belder, Niki Tzavela u Andreas Mölzer.

Tkellmu Cecilia Malmström u Hannes Swoboda.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.5 tal-Minuti ta' 13.12.2012.


13. Is-sitwazzjoni fl-Eġittu (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fl-Eġittu

Erato Kozakou-Marcoullis (President fil-kariga tal-Kunsill) għamlet id-dikjarazzjoni f'isem il-Kummissjoni Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà.

Tkellmu Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Pier Antonio Panzeri f'isem il-Grupp S&D, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Bas Belder f'isem il-Grupp EFD, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Andreas Mölzer Membru mhux affiljat, Mariya Gabriel, Ana Gomes, Marielle de Sarnez, Fiorello Provera, Kristian Vigenin, Zbigniew Ziobro u Boris Zala.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu, Paul Murphy, Niki Tzavela u María Muñiz De Urquiza.

PRESIDENZA: László SURJÁN
Viċi President

Tkellmet Erato Kozakou-Marcoullis.

Id-dibattitu ngħalaq.


14. Id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent

Erato Kozakou-Marcoullis (President fil-kariga tal-Kunsill) għamlet id-dikjarazzjoni f'isem il-Kummissjoni Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Tkellmu Michael Gahler f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Paul Murphy, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Annemie Neyts-Uyttebroeck f'isem il-Grupp ALDE, Franziska Katharina Brantner f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Fiorello Provera f'isem il-Grupp EFD, Patrick Le Hyaric f'isem il-Grupp GUE/NGL, Hans-Gert Pöttering, Emer Costello, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Nicole Sinclaire, Margrete Auken, Geoffrey Van Orden, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Margrete Auken, Martina Anderson, Marek Siwiec, María Muñiz De Urquiza, Pino Arlacchi u Sergio Gaetano Cofferati.

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ana Miranda, Charalampos Angourakis, Ivo Vajgl, Vytautas Landsbergis, Paul Murphy, Johannes Cornelis van Baalen, Niki Tzavela, Marek Henryk Migalski, Elmar Brok u Georgios Toussas dwar dan l-aħħar intervent.

Tkellmet Erato Kozakou-Marcoullis.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Daniel Cohn-Bendit, Hélène Flautre, Nicole Kiil-Nielsen, Margrete Auken, Malika Benarab-Attou, Raül Romeva i Rueda, Judith Sargentini, Ulrike Lunacek, Bart Staes, François Alfonsi, Keith Taylor, Jean-Jacob Bicep u Rui Tavares f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent (B7-0561/2012);

- Fiorello Provera, Lorenzo Fontana, Mara Bizzotto u Oreste Rossi f'isem il-Grupp EFD, dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent (B7-0565/2012);

- Annemie Neyts-Uyttebroeck, Ivo Vajgl, Niccolò Rinaldi, Graham Watson, Marielle de Sarnez, Louis Michel, Izaskun Bilbao Barandica, Marietje Schaake u Alexandra Thein f'isem il-Grupp ALDE, dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent (B7-0566/2012);

- Patrick Le Hyaric, Kyriacos Triantaphyllides, Willy Meyer, Martina Anderson, Nikolaos Chountis, Jean-Luc Mélenchon, Paul Murphy, Marisa Matias, Alda Sousa, Inês Cristina Zuber u Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent (B7-0567/2012);

- Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Ryszard Czarnecki u Adam Bielan f'isem il-Grupp ECR, dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent (B7-0568/2012);

- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ioannis Kasoulides, Elmar Brok, Roberta Angelilli, Tokia Saïfi, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou u Dominique Vlasto f'isem il-Grupp PPE, dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent (B7-0569/2012);

- Véronique De Keyser, Ana Gomes, Emer Costello, Pino Arlacchi, Richard Howitt u María Muñiz De Urquiza f'isem il-Grupp S&D, dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Iżraeljan li jespandi l-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent (B7-0571/2012).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.6 tal-Minuti ta' 13.12.2012.


15. Is-sitwazzjoni fl-Ukraina (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fl-Ukraina

Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Kummissjoni Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Tkellmu Elmar Brok f'isem il-Grupp PPE, Libor Rouček f'isem il-Grupp S&D, Johannes Cornelis van Baalen f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Paweł Robert Kowal f'isem il-Grupp ECR, Ewald Stadler Membru mhux affiljat, Michael Gahler, Kristian Vigenin, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Elmar Brok, Charles Tannock, Adrian Severin, Paweł Zalewski, Marek Siwiec, Nick Griffin, Jacek Protasiewicz, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Paweł Robert Kowal, Ioan Mircea Paşcu, Anna Ibrisagic, Justas Vincas Paleckis, Cristian Dan Preda u Vytautas Landsbergis.

PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI
Viċi President

Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Eduard Kukan, Csaba Sándor Tabajdi, Siiri Oviir, Marek Henryk Migalski u Jaroslav Paška.

Tkellem Štefan Füle.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Johannes Cornelis van Baalen, Graham Watson u Alexander Graf Lambsdorff f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina (B7-0544/2012);

- Libor Rouček, Marek Siwiec, Kristian Vigenin, Bogusław Liberadzki, Norbert Neuser u Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina (B7-0545/2012);

- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok, Ioannis Kasoulides, Joachim Zeller, Arnaud Danjean, Tunne Kelam, Elena Băsescu, Cristian Dan Preda, Andrey Kovatchev, Lena Kolarska-Bobińska, Anna Ibrisagic, Eduard Kukan, Laima Liucija Andrikienė, Inese Vaidere, Roberta Angelilli, Mario Mauro, Marian-Jean Marinescu u Anna Maria Corazza Bildt f'isem il-Grupp PPE, dwar l-elezzjonijiet fl-Ukraina (B7-0546/2012);

- Rebecca Harms, Werner Schulz, Raül Romeva i Rueda, Indrek Tarand u Nicole Kiil-Nielsen f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-elezzjonijiet fl-Ukraina (B7-0547/2012);

- Charles Tannock, Paweł Robert Kowal, Ryszard Antoni Legutko, Ryszard Czarnecki, Marek Henryk Migalski u Tomasz Piotr Poręba f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina (B7-0548/2012);

- Jaromír Kohlíček f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-Ukraina (B7-0549/2012).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.7 tal-Minuti ta' 13.12.2012.


16. Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari

L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Awstrija indirizzaw lill-President talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Hans-Peter Martin fil-kuntest ta' proċedura li nfetħet quddiem il-Prosekutur Pubbliku ta' Vjenna.

It-talba ġiet mgħoddija lill-kumitat responsabbli, jiġifieri l-Kumitat JURI, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regoli ta' Proċedura.


17. Rapport ta' Progress 2012 dwar l-Albanija (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Rapport ta' Progress 2012 dwar l-Albanija

Erato Kozakou-Marcoullis (President fil-kariga tal-Kunsill) u Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu Nikolaos Chountis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Eduard Kukan f'isem il-Grupp PPE, Libor Rouček f'isem il-Grupp S&D, Marije Cornelissen f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marietta Giannakou, Evgeni Kirilov u Bernd Posselt.

Tkellem skont il-proċedura "catch the eye" Georgios Toussas, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Bernd Posselt.

Tkellmu Štefan Füle u Erato Kozakou-Marcoullis.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Nikolaos Chountis, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Affarijiet Barranin, dwar ir-rapport ta' progress tal-2012 dwar l-Albanija (B7-0533/2012).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11.8 tal-Minuti ta' 13.12.2012.


18. Preparazzjoni tal-UE għal influss possibbli ta' rifuġjati mis-Sirja (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Preparazzjoni tal-UE għal influss possibbli ta' rifuġjati mis-Sirja

Erato Kozakou-Marcoullis (President fil-kariga tal-Kunsill) u Cecilia Malmström (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Tkellmu Georgios Papanikolaou f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, Nathalie Griesbeck f'isem il-Grupp ALDE, Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Inês Cristina Zuber f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marco Scurria, Carmen Romero López, Marielle de Sarnez, Hélène Flautre, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Georgios Papanikolaou, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Dimitrios Droutsas, Nikos Chrysogelos u Claude Moraes.

Tkellmu Cecilia Malmström u Erato Kozakou-Marcoullis.

Id-dibattitu ngħalaq.


19. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 500.368/OJJE).


20. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.45.

Klaus Welle

Rainer Wieland

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Iffirmaw:

Agnew, Albertini, Albrecht, Alfano, Alfonsi, Allam, Alves, Andersdotter, Anderson Martina, Andreasen, Andrés Barea, Andrieu, Andrikienė, Angelilli, Angourakis, Antinoro, Antonescu, Antoniozzi, Arias Echeverría, Arlacchi, Arsenis, Ashworth, Atkins, Attard-Montalto, Auconie, Audy, Auken, Ayala Sender, Aylward, van Baalen, Bach, Badia i Cutchet, Bagó, Balčytis, Baldassarre, Balz, Balzani, Bánki, Bartolozzi, Băsescu, Bastos, Batten, Bauer, Bearder, Becker, Belder, Belet, Bélier, Benarab-Attou, Bendtsen, Bennahmias, Bennion, Berès, Berlato, Berlinguer, Berman, Berra, Besset, Bicep, Bielan, Bilbao Barandica, Binev, Bisky, Bizzotto, Blinkevičiūtė, Bodu, Böge, Bonsignore, Borghezio, Borsellino, Borys, Boştinaru, Boulland, Bové, Bowles, Bozkurt, Bradbourn, Brantner, Bratkowski, Brepoels, Březina, Brok, Brons, Brzobohatá, Bufton, Bullmann, Buşoi, Bütikofer, Buzek, Cabrnoch, Cadec, Callanan, van de Camp, Campbell Bannerman, Cancian, Capoulas Santos, Caronna, Carvalho, Cashman, Casini, Caspary, Castex, del Castillo Vera, Cavada, Cercas, Češková, Chatzimarkakis, Chichester, Childers, Chountis, Christensen, Chrysogelos, Claeys, Cliveti, Cochet, Coelho, Cofferati, Collin-Langen, Colman, Comi, Cornelissen, Correa Zamora, Correia de Campos, Cortés Lastra, Costa, Costello, Cottigny, Cozzolino, Cramer, Creţu, Creutzmann, Cronberg, Cuschieri, Cutaş, Cymański, Czarnecki, Daerden, van Dalen, Dăncilă, Danellis, Danjean, Dantin, (The Earl of) Dartmouth, Dati, Daul, David, Davies, De Angelis, De Backer, De Castro, Dehaene, Delvaux, De Mita, de Sarnez, Désir, Deß, Deva, De Veyrac, Dodds Diane, Domenici, Donskis, Dorfmann, Droutsas, Duff, Durant, Dušek, Ehler, Ehrenhauser, Eickhout, El Khadraoui, Enciu, Engel, Engström, Eppink, Ernst, Ertug, Essayah, Estaràs Ferragut, Estrela, Evans, Fajmon, Fajon, Falbr, Farage, Färm, Feio, Ferber, Fernandes, Ferreira, Ferreira, Fidanza, Fisas Ayxelà, Fjellner, Flašíková Beňová, Flautre, Fleckenstein, Florenz, Fontana, Ford, Foster, Fox, Fraga Estévez, Franco, Gabriel, Gahler, Gál, Gallagher, Gallo, Gáll-Pelcz, Garcés Ramón, García-Hierro Caraballo, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gargani, Gebhardt, Geier, Gerbrandy, Geringer de Oedenberg, Giannakou, Giegold, Gierek, Girling, Glante, Glattfelder, Goebbels, Goerens, Gollnisch, Gomes, de Grandes Pascual, Gräßle, Grech, Grèze, Griesbeck, Griffin, Gróbarczyk, Groote, Grosch, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Gurmai, Gustafsson, Gutiérrez-Cortines, Gutiérrez Prieto, Gyürk, Häfner, Hall, Händel, Handzlik, Hannan, Harbour, Harkin, Hartong, Hassi, Haug, Häusling, Hedh, Helmer, Hénin, Herczog, Herranz García, Hibner, Higgins, Hirsch, Hoang Ngoc, Hohlmeier, Hökmark, Honeyball, Hortefeux, Howitt, Hübner, Hudghton, Hughes, Hyusmenova, Iacolino, Ibrisagic, Ilchev, Imbrasas, in 't Veld, Iotova, Iovine, Irigoyen Pérez, Iturgaiz, Ivan, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jadot, Jahr, Járóka, Jazłowiecka, Jędrzejewska, Jeggle, Jensen, Jiménez-Becerril Barrio, Johansson, Joly, de Jong, Jordan, Jørgensen, Juvin, Kacin, Kaczmarek, Kadenbach, Kalfin, Kalinowski, Kalniete, Kamall, Kamiński, van der Kammen, Kammerevert, Karas, Karim, Kariņš, Kasoulides, Kastler, Kazak, Kelam, Keller Ska, Kelly, Kiil-Nielsen, Kirilov, Kirkhope, Klaß, Kleva Kekuš, Klinz, Klute, Koch, Koch-Mehrin, Kohlíček, Kolarska-Bobińska, Koppa, Korhola, Kósa, Köstinger, Koumoutsakos, Kovatchev, Kowal, Kozłowski, Kožušník, Krahmer, Kratsa-Tsagaropoulou, Krehl, Kuhn, Kukan, Kurski, Lamassoure, Lambert, Lamberts, Lambsdorff, Landsbergis, Lange, de Lange, Langen, La Via, Le Brun, Le Grip, Legutko, Lehne, Le Hyaric, Leichtfried, Leinen, Lepage, Le Pen Jean-Marie, Le Pen Marine, Liberadzki, Lichtenberger, Liese, Lisek, Lochbihler, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, López-Istúriz White, Lösing, Lövin, Ludford, Ludvigsson, Luhan, Łukacijewska, Lulling, Lunacek, Lyon, McAvan, McCarthy, McClarkin, McGuinness, McIntyre, McMillan-Scott, Macovei, Malinov, Manders, Mănescu, Maňka, Mann, Pakarinen, Marcinkiewicz, Marinescu, Martin David, Martin Hans-Peter, Martínez Martínez, Masip Hidalgo, Maštálka, Matera, Mathieu Houillon, Matias, Mato, Matula, Mauro, Mazej Kukovič, Mazzoni, Meissner, Mélenchon, Melo, Menéndez del Valle, Merkies, Messerschmidt, Mészáros, Migalski, Mikolášik, Milana, Millán Mon, Miranda, Mirsky, Mitchell, Mölzer, Moraes, Moreira, Morganti, Morin-Chartier, Morkūnaitė-Mikulėnienė, Motti, Mulder, Muñiz De Urquiza, Murphy, Muscardini, Mynář, Naranjo Escobar, Nattrass, Neuser, Neveďalová, Newton Dunn, Neynsky, Neyts-Uyttebroeck, Nicholson, Nicolai, Niculescu, Niebler, Nilsson, van Nistelrooij, Nitras, Nuttall, Obermayr, Obiols, Ojuland, Olbrycht, Olejniczak, Omarjee, Oomen-Ruijten, Őry, Ouzký, Oviir, Pack, Padar, Paksas, Paleckis, Paliadeli, Pallone, Panayotov, Panayotova, Panzeri, Papadopoulou, Papanikolaou, Papastamkos, Pargneaux, Paşcu, Paška, Patrão Neves, Patriciello, Paulsen, Peterle, Pieper, Pietikäinen, Piotrowski, Pirillo, Pirker, Pittella, Poc, Podimata, Ponga, Posselt, Pöttering, Poupakis, Preda, Prendergast, Prodi, Protasiewicz, Proust, Provera, Quisthoudt-Rowohl, Rangel, Ransdorf, Rapkay, Rapti, Regner, Reimers, Remek, Repo, Reul, Riera Madurell, Ries, Rinaldi, Riquet, Rivasi, Rivellini, Roatta, Rochefort, Rodust, Rohde, Roithová, Romero López, Romeva i Rueda, Ronzulli, Rosbach, Rossi, Roth-Behrendt, Rouček, Rübig, Rubiks, Rühle, Šadurskis, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salatto, Salavrakos, Salvini, Sánchez Presedo, Sanchez-Schmid, Sârbu, Sargentini, Sartori, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Sassoli, Saudargas, Savisaar-Toomast, Schaake, Schaldemose, Schlyter, Schmidt, Schnellhardt, Schnieber-Jastram, Scholz, Schöpflin, Schroedter, Schulz, Schulz, Schwab, Scicluna, Scottà, Scurria, Sedó i Alabart, Seeber, Sehnalová, Senyszyn, Serracchiani, Severin, Siekierski, Silvestris, Simon Peter, Simpson, Sinclaire, Sippel, Siwiec, Skinner, Skrzydlewska, Skylakakis, Smith, Smolková, Sógor, Sommer, Søndergaard, Sonik, Sosa Wagner, Sousa, Speroni, Stadler, Staes, Stassen, Šťastný, Stavrakakis, Steinruck, Stevenson, Stihler, van der Stoep, Stolojan, Stoyanov, Strejček, Striffler, Sturdy, Surján, Susta, Svensson, Swinburne, Swoboda, Szájer, Szymański, Tabajdi, Takkula, Tănăsescu, Tannock, Tarabella, Tarand, Tatarella, Tavares, Taylor, Taylor, Teixeira, Terho, Thein, Theocharous, Theurer, Thomas, Thomsen, Thun und Hohenstein, Thyssen, Ţicău, Tirolien, Toia, Tőkés, Tomaševski, Torvalds, Tošenovský, Toussas, Trautmann, Trematerra, Tremosa i Balcells, Triantaphyllides, Trüpel, Trzaskowski, Tsoukalas, Turmes, Turunen, Tzavela, Uggias, Ulmer, Ulvskog, Urutchev, Vadim Tudor, Vaidere, Vajgl, Van Brempt, Vanhecke, Van Orden, Vaughan, Vergiat, Vergnaud, Verheyen, Vidal-Quadras, Vigenin, de Villiers, Vitkauskaite Bernard, Vlasák, Vlasto, Voss, Wałęsa, Watson, Weber Henri, Weber Manfred, Weber Renate, Weidenholzer, Weiler, Weisgerber, Werthmann, Westlund, Westphal, Wieland, Wikström, Willmott, Wils, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Włosowicz, Wojciechowski, Wortmann-Kool, Yáñez-Barnuevo García, Záborská, Zahradil, Zala, Zalba Bidegain, Zalewski, Zanicchi, Zanoni, Zasada, Ždanoka, Zeller, Zemke, Zéribi, Zijlstra, Zimmer, Ziobro, Zuber, Zver, Zwiefka,

Osservaturi

Antičević Marinović, Borzan, Božinović, Grubišić, Jerković, Matušić, Radoš, Vrbat, Vuljanić

Avviż legali - Politika tal-privatezza