Il-President għarraf li, b'mod konġunt mal-President tal-Kunsill, nhar it-Tnejn 17 ta' Diċembru 2012 se jiffirma l-att li ġej b'mod konformi mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura):
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (00072/2011/LEX - C7-0412/2012 - 2011/0093(COD))
° ° ° °
Tkellmu Ashley Fox rigward is-sentenza tat-13 ta' Diċembru 2012 tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-237/11 u C-238/11 rigward il-kalendarji tas-sessjonijiet parzjali plenarji tal-Parlament Ewropew għas-snin 2012 u 2012, u Joseph Daul dwar l-istess tema.