L-awtoritajiet kompetenti tal-Italja ħabbru l-elezzjoni ta' Rosario Crocetta bħala l-President tar-reġjun ta' Sqallija b'effett mis-17 ta' Diċembru 2012 u l-ħatra ta' Francesca Barracciu li ħadet postu fl-istess data.
Skont l-Artikolu 7(1) tal-att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post ta' Rosario Crocetta huwa vakanti b'seħħ mis-17 ta' Diċembru 2012 u ħa nota tal-ħatra ta' Francesca Barracciu bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mill-istess data.
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali ta' Membru jiġu verifikati jew deċiżjoni tiġi meħuda dwar xi kontestazzjoni, Francesca Barracciu għandha tieħu postha fil-Parlament u fl-organi tiegħu u għandha tgawdi mid-drittijiet kollha li dan iġib miegħu, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li m'għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
° ° ° °
Frieda Brepoels ippreżentat ir-riżenja mill-mandat tagħha ta' Membru tal-Parlament Ewropew b'seħħ mill-31 ta' Jannar 2013.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti li jiddekorri minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Bulgarija avżaw li Preslav Borissov ġie elett għall-Parlament Ewropew minflok Iliana Ivanova bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 1 ta' Jannar 2013.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Preslav Borissov jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
° ° ° °
L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tar-Rumanija avżaw li George Becali ġie elett għall-parlament nazzjonali b'seħħ mid-19 ta' Diċembru 2012.
Bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti li jiddekorri minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.
L-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tar-Rumanija avżaw li Dan Dumitru Zamfirescu ġie elett għall-Parlament Ewropew minflok George Becali bħala Membru tal-Parlament Ewropew, b'seħħ mid-9 ta' Jannar 2013.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Dan Dumitru Zamfirescu jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.