Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2013 - Strasburgu

9. Deċiżjoni dwar il-ftuħ ta' negozjati interistituzzjonali (Artikolu 70a tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President informa li, bi qbil mal-Artikolu 70a tar-Regolament, irċieva tliet proposti għal deċiżjoni mingħand il-Kumitat LIBE dwar il-ftuħ u l-mandat ta' negozjati interistituzzjonali:

- Proposta għal deċiżjoni dwar il-ftuħ u l-mandat ta' negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (COM(2011)0750 – C7-0441/2011 – 2011/0365(COD) – (2013/2503(RSP))

(B7-0001/2013)

- Proposta għal deċiżjoni dwar il-ftuħ u l-mandat ta' negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2011)0751 – C7-0443/2011 – 2011/0366(COD) – (2013/2504(RSP))

(B7-0002/2013)

- Proposta għal deċiżjoni dwar il-ftuħ u l-mandat ta' negozjati interistituzzjonali dwar Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tar-riskji (COM(2011)0753 – C7-0445/2011 – 2011/0368(COD) – (2013/2505(RSP))

(B7-0003/2013)

Dawn il-proposti għal deċiżjoni ġew tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha u huma disponibbli fuq is-sit ta' "Séance en direct".

Jekk kwalunkwe grupp politiku jew tal-inqas erbgħin membru ma jitolbux l-eżami tagħhom b'dibattitu u votazzjoni fi żmien tmien u erbgħin siegħa, dawn id-deċiżjonijiet jitqiesu bħala approvati.

Avviż legali - Politika tal-privatezza