14. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, lingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (C(2012)8370)
Skadenza għal oġġezzjoni: tliet xhur, mid-data tal-wasla tad-19 ta' Diċembru 2012
Kumitat responsabbli: ECON; JURI (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2012)9454)
Skadenza għal oġġezzjoni: xahrejn mid-data tal-wasla tat-18 ta' Diċembru 2012
Kumitat responsabbli: INTA
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli marbuta mal-proċedura għall-għoti ta’ arranġament ta’ inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u l-governanza tajba skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2012)9460)
Skadenza għal oġġezzjoni: xahrejn mid-data tal-wasla tat-18 ta' Diċembru 2012
Kumitat responsabbli: INTA
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta' srtandards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-data li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (C(2012)9586)
Skadenza għal oġġezzjoni: xahar mid-data tal-wasla 19 ta' Diċembru 2012
Kumitat responsabbli : ECON
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tadderivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (C(2012)9593)
Skadenza għal oġġezzjoni: xahar mid-data tal-wasla 19.12.2012
Kumitat responsabbli : ECON
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (C(2012)9602)
Skadenza għal oġġezzjoni: xahar mid-data tal-wasla 19 ta' Diċembru 2012
Kumitat responsabbli : ECON
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta (C(2012)9603)
Skadenza għal oġġezzjoni: xahar mid-data tal-wasla 19 ta' Diċembru 2012
Kumitat responsabbli : ECON
Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti kapitali għall-kontropartijiet ċentrali (C(2012)9614)
Skadenza għal oġġezzjoni: xahar mid-data tal-wasla 19 ta' Diċembru 2012
Kumitat responsabbli : ECON
Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (C(2012)9623)
Skadenza għal oġġezzjoni: xahar mid-data tal-wasla 19 ta' Diċembru 2012