15. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-000217/2012) imressqa minn Vital Moreira u Cristiana Muscardini, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Regolament dwar marki tal-oriġini obbligatorji għal ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi (B7-0552/2012);
- (O-000218/2012) imressqa minn Vital Moreira, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati kummerċjali mal-Mercosur (B7-0553/2012);
- (O-000219/2012) imressqa minn Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Garanzija għaż-Żgħażagħ (B7-0554/2012);
- (O-000208/2012) imressqa minn Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Andreas Schwab u Daniel Caspary f'isem il-Grupp PPE, lill-Kummissjoni: Il-modernizzazzjoni tal-Kodiċi Doganali u l-introduzzjoni ta' lista ta' regoli tal-oriġini mhux preferenzjali (B7-0101/2013);
- (O-000213/2012) imressqa minn Sharon Bowles, f'isem il-Kumitat ECON, lill-Kummissjoni: Modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (B7-0102/2013);
- (O-000220/2012) imressqa minn Brian Simpson, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: Ir-regola "bagalja waħda tal-kabina" imposta minn ċerti linji tal-ajru (B7-0103/2013);
- (O-000221/2012) imressqa minn Brian Simpson, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: Reviżjoni tat-Direttiva 96/53/KE dwar id-dimensjonijiet u l-piżijiet awtorizzati għal ċerti vetturi tat-triq (B7-0104/2013);
- (O-000001/2013) imressqa minn Silvana Koch-Mehrin f'isem il-Grupp ALDE, lill-Kummissjoni: Il-modernizzazzjoni tal-Kodiċi Doganali u l-introduzzjoni ta' lista ta' regoli tal-oriġini mhux preferenzjali (B7-0105/2013).