Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 14 ta' Jannar 2013 - Strasburgu

19. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.

°
° ° °

Intervent ta': Peter van Dalen dwar l-opportunità li fl-aġenda tal-perjodu ta' sessjoni li jmiss jiddaħħal dibattitu dwar l-għoti ta' fondi tal-Unjoni lill-Eġittu.

Intervent ta': Jörg Leichtfried dwar il-kundanna mill-ġustizzja Awstrijaka ta' ex-Membru tal-Parlament Ewropew.

°
° ° °

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti ta' Jannar 2013 (PE 500.369/PDOJ) ġie distribwit, u ġew proposti l-modifiki li ġejjin (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

Intervent ta': Charles Tannock dwar it-talba tal-grupp tiegħu bil-għan li fl-aġenda tat-Tlieta 15 ta' Jannar 2013 jiddaħħal Dibattitu dwar il-Mali, fil-preżenza ta' Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) (Il-President osserva li din it-talba ma ngħatatx fiż-żmien mitlub).

Interventi ta': Arnaud Danjean biex jappoġġja din it-talba, Hannes Swoboda biex jitlob li dan id-dibattitu jseħħ fi Frar fil-preżenza ta' Catherine Ashton u Rebecca Harms biex tippreċiża li Catherine Ashton tista' tkun preżenti t-Tlieta u biex tappoġġja t-talba ta' Charles Tannock. Il-President għarraf li Catherine Ashton kienet avżat li hija ma setgħetx tkun preżenti waqt il-perjodu tas-seduta ta' Frar 2013.

Intervent ta': Chris Davies dwar din l-istess talba.

Il-President ippreċiża li huwa kien se jitlob lil Catherine Ashton tkun preżenti għas-seduta tal-Erbgħa.

Intervent ta': László Andor (Membru tal-Kummissjoni) biex jgħarraf li Catherine Ashton setgħet tkun preżenti t-Tlieta u mhux l-Erbgħa.

Il-President għarraf lill-Assemblea li l-Parlament kien se jindirizza talba formali lil Catherine Ashton sabiex din tkun preżenti l-Erbgħa.

L-Erbgħa

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

Il-Ħamis

Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat ta' dritt (Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura):

Intervent ta': Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex jitlob li l-punt "Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn" jiġi sostitwit mill-punt "Qtil ta' attivisti Kurdi f'Pariġi".

Interventi ta': Charles Tannock biex jappoġġja din it-talba u Hannes Swoboda biex jitlob li l-kwistjoni titniżżel fl-aġenda tal-perjodu tas-sessjoni li jmiss fil-qafas ta' dibattitu dwar il-proċess ta' paċi bejn l-awtortiajiet Torok u l-Kurdi.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza