Bi qbil mal-Artikolu 140(2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President ippropona l-emendi li ġejjin għall-aġenda:
- tiddaħħal fl-aġenda tal-lum wara nofsinhar fl-16:30 dikjarazzjoni ta' Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà) dwar is-sitwazzjoni fil-Mali, segwita minn dibattitu, mingħajr preżentazzjoni tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni;
- jiddaħħal id-dibattitu dwar il-mistoqsija orali: Ir-regola ta' bagalja tal-idejn waħda imposta minn ċerti linji tal-ajru (punt 128 tal-aġenda) bħala l-ewwel punt tal-aġenda tas-seduta tal-ħamis.
Il-President iddikjara li ma kienx hemm oppożizzjoni għal dawn il-proposti.
3. Dokumenti mressqa
Dawn id-dokumenti tressqu mill-Kunsill u mill-Kummissjoni:
- Proposta għal trasferiment ta' approprijazzjonijiet DEC 56/2012 - Sezzjoni III - Kummissjoni (N7-0003/2013 - C7-0003/2013 - 2013/2002(GBD))
irreferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu93 tat-Trattat tal-KE (COM(2012)0725 - C7-0004/2013 - 2012/0342(NLE))
irreferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
ITRE, JURI, IMCO
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru994/98 tas-7ta'Mejju1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta' Għajnuna mill-Istat orizzontali u r-Regolament (KE) Nru1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23ta’Ottubru2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (COM(2012)0730 - C7-0005/2013 - 2012/0344(NLE))
irreferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
CULT, PECH, AGRI, ENVI, ITRE, TRAN
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (13501/2012 - C7-0007/2013 - 2012/0215(NLE))
irreferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
DEVE, BUDG
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fil-programmi tal-Unjoni (12138/2012 - C7-0008/2013 - 2012/0108(NLE))
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni (16469/2012 - C7-0009/2013 - 2012/0247(NLE))
irreferut
responsabbli :
AFET
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment (COM(2012)0744 - C7-0413/2012 - 2012/0360(COD)) F'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta b'mod fakultattiv lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irreferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
ECON, LIBE
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva96/98/KE (COM(2012)0772 - C7-0414/2012 - 2012/0358(COD)) F'konformità mal-Artikoli 124(1) u 125(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irreferut
responsabbli :
TRAN
opinjoni :
ENVI, JURI, IMCO
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali (COM(2012)0773 - C7-0415/2012 - 2012/0359(COD))
irreferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
JURI, IMCO
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar u l-awditjar finanzjarju għall-perjodu 2014-2020 (COM(2012)0782 - C7-0417/2012 - 2012/0364(COD)) F'konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irreferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
BUDG, JURI, CONT
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta' sentejn (15777/2012 - C7-0419/2012 - 2012/0258(NLE))
irreferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
DEVE, BUDG
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati (COM(2012)0788 - C7-0420/2012 - 2012/0366(COD)) F'konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
Bi qbil mal-Artikolu 307 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta b'mod fakultattiv lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irreferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
ITRE, JURI, IMCO
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru723/2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC) (COM(2012)0682 - C7-0421/2012 - 2012/0321(NLE))
irreferut
responsabbli :
ITRE
- Ir-Rapport Speċjali Nru 19/2012 (Kwittanza 2011): "Rapport 2011 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri" (N7-0137/2012 - C7-0422/2012 - 2012/2328(DEC))
irreferut
responsabbli :
CONT
opinjoni :
DEVE, AFET, AGRI, ITRE
4. Dibattitu dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (tħabbir tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Il-Membri jew il-gruppi politiċi li ġejjin talbu li jiġi organizzat dibattitu ta' dan it-tip, skont l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
I. Il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja
- Karima Delli, Franziska Keller, Jean Lambert, Barbara Lochbihler, Marije Cornelissen, Rui Tavares, Raül Romeva i Rueda, Nicole Kiil-Nielsen, Carl Schlyter u Catherine Grèze f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja (2013/2512(RSP)) (B7-0028/2013);
- Marie-Christine Vergiat, Mikael Gustafsson, Martina Anderson, Patrick Le Hyaric, Jean-Luc Mélenchon, Nikolaos Chountis, Willy Meyer, Alda Sousa u Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja (2013/2512(RSP)) (B7-0033/2013);
- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok, Lena Kolarska-Bobińska, Elisabeth Jeggle, Cristian Dan Preda, Filip Kaczmarek, Jean Roatta, Bernd Posselt, Roberta Angelilli, Mario Mauro, Eija-Riitta Korhola, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Zuzana Roithová, Monica Luisa Macovei, Sari Essayah, Giovanni La Via, Laima Liucija Andrikienė, Philippe Boulland, Tunne Kelam, Jarosław Leszek Wałęsa, Elena Băsescu, Rafał Trzaskowski, Mariya Gabriel, Tadeusz Zwiefka u Petri Sarvamaa f'isem il-Grupp PPE, dwar il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja (2013/2512(RSP)) (B7-0034/2013);
- Graham Watson, Phil Bennion, Marietje Schaake, Leonidas Donskis, Ivo Vajgl, Kristiina Ojuland, Marielle de Sarnez, Louis Michel, Robert Rochefort, Ramon Tremosa i Balcells, Edward McMillan-Scott, Izaskun Bilbao Barandica, Johannes Cornelis van Baalen, Charles Goerens, Angelika Werthmann u Antonyia Parvanova f'isem il-Grupp ALDE, dwar il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja (2013/2512(RSP)) (B7-0035/2013);
- Charles Tannock u Marina Yannakoudakis f'isem il-Grupp ECR, dwar il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja (2013/2512(RSP)) (B7-0036/2013);
- Véronique De Keyser, Ana Gomes, Maria Badia i Cutchet, Corina Creţu, Jo Leinen, Jörg Leichtfried, Britta Thomsen, Zita Gurmai, Iratxe García Pérez, Eider Gardiazábal Rubial, Silvia-Adriana Ţicău, Joanna Senyszyn, Minodora Cliveti, Mitro Repo, Liisa Jaakonsaari, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Michael Cashman, Pino Arlacchi u Daciana Octavia Sârbu f'isem il-Grupp S&D, dwar il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja (2013/2512(RSP)) (B7-0037/2013).
II. Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn
- Barbara Lochbihler, Margrete Auken, Rui Tavares u Raül Romeva i Rueda f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn (2013/2513(RSP)) (B7-0029/2013);
- Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn (2013/2513(RSP)) (B7-0030/2013);
- Willy Meyer, Patrick Le Hyaric, Jean-Luc Mélenchon, Marie-Christine Vergiat u Sabine Lösing f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn (2013/2513(RSP)) (B7-0038/2013);
- José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok, Laima Liucija Andrikienė, Cristian Dan Preda, Bernd Posselt, Roberta Angelilli, Mario Mauro, Eija-Riitta Korhola, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Zuzana Roithová, Monica Luisa Macovei, Sari Essayah, Giovanni La Via, Philippe Boulland, Jean Roatta, Tunne Kelam, Elena Băsescu, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Mariya Gabriel, Tadeusz Zwiefka u Petri Sarvamaa f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn (2013/2513(RSP)) (B7-0039/2013);
- Marietje Schaake, Robert Rochefort, Edward McMillan-Scott, Louis Michel, Ramon Tremosa i Balcells, Marielle de Sarnez, Johannes Cornelis van Baalen, Kristiina Ojuland u Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn (2013/2513(RSP)) (B7-0040/2013);
- Véronique De Keyser, Ana Gomes, Pino Arlacchi, Joanna Senyszyn, Liisa Jaakonsaari u Mitro Repo f'isem il-Grupp S&D, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn (2013/2513(RSP)) (B7-0042/2013).
III. Is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
- Judith Sargentini, Barbara Lochbihler, Nicole Kiil-Nielsen, Raül Romeva i Rueda, Jean-Jacob Bicep u Rui Tavares f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2514(RSP)) (B7-0031/2013);
- Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2514(RSP)) (B7-0032/2013/);
- Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric u Younous Omarjee f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2514(RSP)) (B7-0041/2013);
- Cristian Dan Preda, Filip Kaczmarek, Gay Mitchell, Jean Roatta, Bernd Posselt, Roberta Angelilli, Mario Mauro, Philippe Boulland, Eija-Riitta Korhola, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Zuzana Roithová, Monica Luisa Macovei, Sari Essayah, Giovanni La Via, Tunne Kelam, Elena Băsescu, Mariya Gabriel, Michèle Striffler u Petri Sarvamaa f'isem il-Grupp PPE, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2514(RSP)) (B7-0043/2013);
- Louis Michel, Marietje Schaake, Robert Rochefort, Ramon Tremosa i Balcells, Graham Watson, Kristiina Ojuland, Johannes Cornelis van Baalen, Marielle de Sarnez u Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2514(RSP)) (B7-0044/2013);
- Véronique De Keyser, Ana Gomes, Liisa Jaakonsaari, Norbert Neuser u Ricardo Cortés Lastra, dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2514(RSP)) (B7-0045/2013).
Il-ħin għad-diskorsi se jiġi allokat skont l-Artikolu 149 tar-Regoli tal-Proċedura.
5. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 42 tar-Regoli ta' Proċedura)
- L-ewwel rapport annwali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-Aġenziji ta' Kreditu għall-Esportazzjoni tal-Istati Membri (2012/2320(INI))
Kumitat ITRE
- Il-kontribut tal-kooperattivi biex tingħeleb il-kriżi (2012/2321(INI))
Kumitat JURI
- Segwitu dwar id-Delega ta' Setgħat Leġiżlattivi u l-Kontroll mill-Istati Membri tal-Eżerċizzju tas-Setgħat ta' Implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni (2012/2323(INI)) (opinjoni: AFCO, DEVE, PECH, ENVI, LIBE, TRAN)
Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 119(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
- L-esportazzjoni ta' armi: implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (2012/2303(INI))
Kumitat ECON
- Rapport annwali dwar il-politika tal-kompetizzjoni – COM(2012)0253 (2012/2306(INI)) (opinjoni: EMPL, ITRE, IMCO, TRAN)
- Rapport Annwali għall-2011 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2012/2304(INI))
Emendi tal-proċedura (Artikolu 48 u 42 tar-Regoli ta' Proċedura)
Kumitat IMCO
- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-reġjuni: Governanza Aqwa tas-Suq Uniku - COM(2012)0259- 2012/2260 (INI)
Kumitat responsabbli : IMCO
opinjoni : ECON, EMPL, ITRE, TRAN, REGI, JURI
6. Analiżi tal-Presidenza Ċiprijotta (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Analiżi tal-Presidenza Ċiprijotta
Demetris Christofias (President fil-kariga tal-Kunsill) u José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Tkellmu Corien Wortmann-Kool f'isem il-Grupp PPE, Elisa Ferreira f'isem il-Grupp S&D, u Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE.
PRESIDENZA: Anni PODIMATA Viċi President
Tkellmu Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġbet ukoll għat-tliet mistoqsijiet "karta blu" ta' Paul Rübig, Takis Hadjigeorgiou u Antigoni Papadopoulou, Derk Jan Eppink f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Róża Gräfin von Thun und Hohenstein u Cecilia Wikström, Niki Tzavela f'isem il-Grupp EFD, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Trevor Colman Membru mhux affiljat, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Antigoni Papadopoulou, Graham Watson, Oreste Rossi, Kyriacos Triantaphyllides, Andrew Henry William Brons u András Gyürk.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Georgios Koumoutsakos, Csaba Sándor Tabajdi, Silvia-Adriana Ţicău, Angelika Werthmann u Sophocles Sophocleous.
Tkellmu Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) u Demetris Christofias.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi President
7. Ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni
L-Innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-aktar fil-qafas tal-Istrateġija Orizzont 2020
Neelie Kroes (Viċi President tal-Kummissjoni), Máire Geoghegan-Quinn u Androulla Vassiliou (Membri tal-Kommissjoni)
Neelie Kroes, Máire Geoghegan-Quinn u Androulla Vassiliouwieġbu għall-mistoqsijiet imressqa mil-membri: Christian Ehler, Judith A. Merkies, Liam Aylward, Vicky Ford, Paul Murphy, Lambert van Nistelrooij, Francesco De Angelis, Kent Johansson, Romana Jordan, Teresa Riera Madurell, Martina Anderson, Ildikó Gáll-Pelcz, Sergio Gaetano Cofferati u Izaskun Bilbao Barandica.
Il-ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni ntemm.
PRESIDENZA: Gianni PITTELLA Viċi President
8. Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat kompetenti (IMCO) ressaq il-corrigendum li ġej ta' test approvat mill-Parlament Ewropew:
Corrigendum (P7_TA-PROV(2012)0425(COR01)) għall-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Novembru 2012 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru° .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (P7_TA-PROV(2012)0425) (COM(2010)0395 – C7-0204/2010 – 2010/0212(COD))
Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies approvat sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.
Il-corrigendum hu disponibbli fuq is-sit “Séance en direct”.
9. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
9.1. L-iżvilupp mill-ġdid urban bħala kontribut għat-tkabbir ekonomiku (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
L-iżvilupp mill-ġdid urban bħala kontribut għat-tkabbir ekonomiku fil-qafas tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE [2011/2311(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Andrea Cozzolino (A7-0406/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
9.2. L-ottimizzazzjoni tar-rwol tal-iżvilupp territorjali fil-Politika ta' Koeżjoni (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
L-iżvilupp mill-ġdid urban bħala kontribut għat-tkabbir ekonomiku fil-qafas tal-Politika ta' Koeżjoni [2011/2312(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Derek Vaughan (A7-0421/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
9.3. Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, implimentazzjoni u applikazzjoni (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, implimentazzjoni u applikazzjoni [2012/2075(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Rosa Estaràs Ferragut (A7-0398/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
9.4. Id-dritt dwar il-proċeduri amministrattivi (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport b'rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni dwar id-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri amministrattivi [2012/2024(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Luigi Berlinguer (A7-0369/2012)
(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
9.5. Informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni (votazzjoni)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni [2012/2061(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Alejandro Cercas (A7-0390/2012)
(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa għall-adozzjoni tal-proposta għal riżoluzzjoni) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
Rapport dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Qarn tal-Afrika [2012/2026(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Charles Tannock (A7-0408/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI ALTERNATTIVA (imressqa mill-Grupp GUE/NGL)
9.7. Aspetti rigward l-iżvilupp tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fuq ir-riżorsi ġenetiċi (votazzjoni)
Rapport dwar l-aspetti rigward l-iżvilupp tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fuq ir-riżorsi ġenetiċi: l-impatt fuq it-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw [2012/2135(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Catherine Grèze (A7-0423/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
Monica Luisa Macovei, Nirj Deva, Ewald Stadler, Anna Záborská, Julie Girling, Charles Tannock, Elisabetta Gardini u Monika Smolková
11. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jidhru fis-sit "Séance en direct", "Résultats des votes (appels nominaux) / Results of votes (roll-call votes)" u fil-verżjoni stampata tal-anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet b'sejħa tal-Ismijiet".
Il-verżjoni elettronika fuq il-Europarl tiġi aġġornata regolarment tul perjodu ta' mhux aktar minn ġimagħtejn wara l-ġurnata tal-votazzjoni.
Wara li tgħaddi din l-iskadenza, il-korrezzjonijiet u l-intenzjonijiet tal-vot jiġu ffinalizzati sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.55 Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.10)
PRESIDENZA: Martin SCHULZ President
12. Dibattitu dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea - Dikjarazzjoni mis-Sur Werner Faymann, il-Kanċillier Federali tal-Awstrija (dibattitu)
Dikjarazzjoni minn Werner Faymann, Kanċillier federali tal-Awstrija.
Il-President laqa' lill-Kanċillier u għamel stqarrija qasira biex jintroduċi d-dibattitu.
Werner Faymann, Kanċillier federali tal-Awstrija, għamel id-dikjarazzjoni.
Tkellem José Manuel Barroso (President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Joseph Daul f'isem il-Grupp PPE, Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE, Martin Callanan f'isem il-Grupp ECR, Roger Helmer f'isem il-Grupp EFD, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat.
Tkellem Werner Faymann.
Tkellmu Othmar Karas, Jörg Leichtfried, Angelika Werthmann, Ulrike Lunacek, Rolandas Paksas, Andreas Mölzer, Tunne Kelam, Pervenche Berès, Ewald Stadler, Francisco José Millán Mon, Roberto Gualtieri, Jacek Saryusz-Wolski u Elmar Brok
Tkellem Werner Faymann.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENZA: Roberta ANGELILLI Viċi President
13. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
14. Is-sitwazzjoni fil-Mali (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fil-Mali
Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) (Viċi President tal-Kummissjoni u Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.
Tkellmu José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S&D, Marielle de Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, Daniel Cohn-Bendit f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Sabine Lösing f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bruno Gollnisch, Arnaud Danjean, Ana Gomes, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Michael Gahler, Norbert Neuser, Gay Mitchell, Elmar Brok u Santiago Fisas Ayxela.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Zita Gurmai, Catherine Trautmann, Pier Antonio Panzeri, Ivo Vajgl, Charalampos Angourakis, Andreas Mölzer u Ioan Mircea Paşcu.
Tkellmet Catherine Ashton.
Id-dibattitu ngħalaq.
15. Aġenziji li jiggradaw il-kreditu ***I - L-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [COM(2011)0747 - C7-0420/2011- 2011/0361(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Leonardo Domenici (A7-0221/2012)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu [COM(2011)0746 - C7-0419/2011- 2011/0360(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Leonardo Domenici (A7-0220/2012)
Leonardo Domenici .
Tkellmu Lucinda Creighton (President fil-kariga tal-Kunsill) u Michel Barnier (Membru tal-Kummissjoni).
Tkellem Sebastian Valentin Bodu (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI).
PRESIDENZA: Alejo VIDAL-QUADRAS Viċi President
Tkellmu Cecilia Wikström (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Ildikó Gáll-Pelcz f'isem il-Grupp PPE, Evelyn Regner f'isem il-Grupp S&D, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Hans-Peter Martin, Wolf Klinz f'isem il-Grupp ALDE, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, Godfrey Bloom f'isem il-Grupp EFD, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Hans-Peter Martin Membru mhux affiljat, Diogo Feio, Peter Simon, Olle Schmidt, Vicky Ford, li wieġbet ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Pervenche Berès u Astrid Lulling, Claudio Morganti, Jürgen Klute, Auke Zijlstra, Pervenche Berès, Ramon Tremosa i Balcells, Evžen Tošenovský, Marta Andreasen, Franz Obermayr, Antolín Sánchez Presedo, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' William (The Earl of) Dartmouth, Theodoros Skylakakis, Dimitar Stoyanov, Mojca Kleva Kekuš, George Sabin Cutaş, Olle Ludvigsson u Saïd El Khadraoui.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Mairead McGuinness, Petru Constantin Luhan, Phil Prendergast, Gay Mitchell, Zigmantas Balčytis, Seán Kelly, Monika Flašíková Beňová, Philippe Lamberts u João Ferreira.
16. Il-fattibilità tal-introduzzjoni ta’ Bonds ta’ Stabbiltà (dibattitu)
Rapport dwar il-fattibilità tal-introduzzjoni ta’ Bonds ta’ Stabbiltà [2012/2028(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sylvie Goulard (A7-0402/2012)
Sylvie Goulard ippreżentat ir-rapport tagħha.
Tkellem Olli Rehn (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu António Fernando Correia de Campos (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Raffaele Baldassarre (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Diogo Feio f'isem il-Grupp PPE, Elisa Ferreira f'isem il-Grupp S&D, Wolf Klinz f'isem il-Grupp ALDE, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kay Swinburne f'isem il-Grupp ECR, Sampo Terho f'isem il-Grupp EFD, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Auke Zijlstra Membru mhux affiljat, Werner Langen, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Philippe Lamberts, Antolín Sánchez Presedo, Nils Torvalds, Ivo Strejček, Claudio Morganti, Pablo Zalba Bidegain, Evelyn Regner, Derk Jan Eppink, Jaroslav Paška, Astrid Lulling, Liem Hoang Ngoc, Bastiaan Belder, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Olle Ludvigsson, Sławomir Nitras, Alfredo Pallone, Sirpa Pietikäinen, Zofija Mazej Kukovič, Inese Vaidere u Bendt Bendtsen.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ildikó Gáll-Pelcz, Kristiina Ojuland u João Ferreira
17. Finanzi Pubbliċi fl-UEM - 2011 u 2012 (dibattitu)
Rapport dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-UEM - 2011 u 2012 [2011/2274(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Alfredo Pallone (A7-0425/2012)
Alfredo Pallone ippreżenta r-rapport tiegħu.
Tkellem Olli Rehn (Viċi President tal-Kummissjoni).
Tkellmu Othmar Karas f'isem il-Grupp PPE, Anni Podimata f'isem il-Grupp S&D, u Ramon Tremosa i Balcells f'isem il-Grupp ALDE.
PRESIDENZA: Anni PODIMATA Viċi President
Tkellmu Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Ivo Strejček f'isem il-Grupp ECR, Thomas Händel f'isem il-Grupp GUE/NGL, Theodor Dumitru Stolojan, Liem Hoang Ngoc, Nils Torvalds, Kay Swinburne, Mojca Kleva Kekuš u Derk Jan Eppink.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ildikó Gáll-Pelcz, Erik Bánki, Inês Cristina Zuber u Jaroslav Paška.
19. Id-dimensjonijiet u l-piżijiet awtorizzati għal ċerti vetturi tat-triq (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000221/2012) imressqa minn Brian Simpson, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: Reviżjoni tat-Direttiva 96/53/KE dwar id-dimensjonijiet u l-piżijiet awtorizzati għal ċerti vetturi tat-triq (B7-0104/2013)
Brian Simpson daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Siim Kallas (Viċi President tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija.
Tkellmu Georges Bach f'isem il-Grupp PPE, Saïd El Khadraoui f'isem il-Grupp S&D, Gesine Meissner f'isem il-Grupp ALDE, Michael Cramer f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Gesine Meissner, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger u Silvia-Adriana Ţicău.
Tkellmu skont il-proċedura "catch the eye" Ismail Ertug, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Michael Cramer, u Inés Ayala Sender.
Tkellem Siim Kallas.
Id-dibattitu ngħalaq.
20. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 500.369/OJME).