2. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati li ġejjin intbagħtu lill-Parlament:
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-adattamenti wara r-reviżjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni ISCED fir-rigward tal-fatturi varjabbli u l-analiżijiet li għandhom jiġu sottomessi (C(2013)14)
Skadenza għal oġġezzjoni: xahrejn, li jibdew jgħoddu mid-data tal-wasla tal-15 ta' Jannar 2013
Kumitat responsabbli : TRAN
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar ittranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (C(2012)9586)
Skadenza għal oġġezzjoni: xahrejn, li jibdew jgħoddu mid-data tal-wasla tad-19 ta' Diċembru 2012
Tiġdid tal-iskadenza għal oġġezzjoni: xahar addizzjonali fuq talba tal-Kumitat kompetenti
Kumitat responsabbli : ECON
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (C(2012)9593)
Skadenza għall-oġġezzjoni: xahrejn, li jibdew jgħoddu mid-data tal-wasla tad-19 ta' Diċembru 2012
Tiġdid tal-iskadenza għal oġġezzjoni: xahar addizzjonali fuq talba tal-Kumitat kompetenti
Kumitat responsabbli : ECON
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar ittranżazzjonijiet rigward standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet (C(2012)9602)
Skadenza għall-oġġezzjoni: xahrejn, li jibdew jgħoddu mid-data tal-wasla tad-19 ta' Diċembru 2012
Tiġdid tal-iskadenza għal oġġezzjoni: xahar addizzjonali fuq talba tal-Kumitat kompetenti
Kumitat responsabbli : ECON
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta (C(2012)9603)
Skadenza għall-oġġezzjoni: xahrejn, li jibdew jgħoddu mid-data tal-wasla tad-19 ta' Diċembru 2012
Tiġdid tal-iskadenza għal oġġezzjoni: xahar addizzjonali fuq talba tal-Kumitat kompetenti
Kumitat responsabbli : ECON
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti kapitali għall-kontropartijiet ċentrali (C(2012)9614)
Skadenza għall-oġġezzjoni: xahrejn, li jibdew jgħoddu mid-data tal-wasla tad-19 ta' Diċembru 2012
Tiġdid tal-iskadenza għal oġġezzjoni: xahar addizzjonali fuq talba tal-Kumitat kompetenti
Kumitat responsabbli : ECON
- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (C(2012)9623)
Skadenza għall-oġġezzjoni: xahrejn, li jibdew jgħoddu mid-data tal-wasla tad-19 ta' Diċembru 2012
Tiġdid tal-iskadenza għal oġġezzjoni: xahar addizzjonali fuq talba tal-Kumitat kompetenti