17. Ftehima interim li tistabbilixxi qafas għal Ftehima ta' Sħubija Ekonomika bejn il-KE u l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar *** - L-implimentazzjoni tal-IEPA bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra [11699/2012 - C7-0193/2012- 2008/0251(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Daniel Caspary (A7-0431/2012)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tal-IEPA bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe
Daniel Caspary ippreżenta r-rakkomandazzjoni.
Tkellmu Judith Sargentini (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat DEVE), Franck Proust f'isem il-Grupp PPE, Bernd Lange f'isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi f'isem il-Grupp ALDE, Franziska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Paul Murphy f'isem il-Grupp GUE/NGL, li wieġeb ukoll għal żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Bernd Lange u Daniel Caspary, Michael Cashman, Louis Michel, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Judith Sargentini, Helmut Scholz, Gianluca Susta u Olle Schmidt.
Tkellmet skont il-proċedura "catch the eye" Elena Băsescu.
Tkellmu Karel De Gucht (Membru tal-Kummissjoni) u Daniel Caspary.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jiġi konkluż id-dibattitu skont l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Paul Murphy, Søren Bo Søndergaard, Marisa Matias, Alda Sousa u Martina Anderson f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika (FISE) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe (2013/2515(RSP)) (B7-0025/2013);
- Judith Sargentini u Franziska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija Ekonomika (FISE) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe (2013/2515(RSP)) (B7-0026/2013);
- Daniel Caspary, Alf Svensson, Filip Kaczmarek, Gay Mitchell, Iuliu Winkler, Peter Šťastný, Roberta Angelilli f'isem il-Grupp PPE, Véronique De Keyser, Bernd Lange, Vital Moreira, Richard Howitt, Ricardo Cortés Lastra, Michael Cashman f'isem il-Grupp S&D, Niccolò Rinaldi, Louis Michel, Catherine Bearder, Marielle de Sarnez f'isem il-Grupp ALDE, Robert Sturdy u Geoffrey Van Orden f'isem il-Grupp ECR, dwar l-implimentazzjoni ta' Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika (FISE) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe (2013/2515(RSP)) (B7-0027/2013).