L-awtoritajiet kompetenti Belġjani avżaw li Mark Demesmaeker ġie elett għall-Parlament Ewropew minflok Frieda Brepoels bħala Membru tal-Parlament, b'seħħ mid-data 1 ta' Frar 2013.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Mark Demesmaeker jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.