Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/2838(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

O-000201/2012 (B7-0109/2013)

Dibattiti :

PV 05/02/2013 - 12
CRE 05/02/2013 - 12

Votazzjonijiet :

Testi adottati :


Minuti
It-Tlieta, 5 ta' Frar 2013 - Strasburgu

12. Preparazzjonijiet għal CITES COP 16 (dibattitu)
Rapporti Verbatim

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000201/2012) imressqa minn Matthias Groote, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Objettivi ewlenin għas-16-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (CoP 16) għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) li se ssir f'Bangkok, it-Tajlandja mit-3 sal-14 ta' Marzu 2013 (B7-0109/2013)

Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000202/2012) imressqa minn Matthias Groote, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Objettivi ewlenin għas-16-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (CoP 16) għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) li se ssir f'Bangkok, it-Tajlandja mit-3 sal-14 ta' Marzu 2013 (B7-0110/2013)

Matthias Groote daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.

Lucinda Creighton (President fil-kariga tal-Kunsill) u Janez Potočnik (Membru tal-Kummissjoni) wieġbu għall-mistoqsijiet.

Interventi ta': Esther de Lange f'isem il-Grupp PPE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Gerben-Jan Gerbrandy, Karin Kadenbach f'isem il-Grupp S&D, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Richard Seeber, Edite Estrela, Chris Davies u Sophie Auconie.

PRESIDENZA: Jacek PROTASIEWICZ
Viċi President

Interventi ta': Pavel Poc, Cristina Gutiérrez-Cortines, Kriton Arsenis, Jolanta Emilia Hibner, Andres Perello Rodriguez u Romana Jordan.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Véronique Mathieu, Franz Obermayr u Elena Băsescu.

Interventi ta': Janez Potočnik u Lucinda Creighton.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.

- Esther de Lange f'isem il-Grupp PPE, Karin Kadenbach f'isem il-Grupp S&D, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anna Rosbach f'isem il-Grupp ECR, u Kartika Tamara Liotard f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-objettivi strateġiċi tal-UE għas-16-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), li se ssir f'Bangkok (it-Tajlandja) mit-3 sal-14 ta' Marzu 2013 (2012/2838(RSP)) (B7-0047/2013).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.8 tal- Minuti ta' 6.2.2013.

Avviż legali - Politika tal-privatezza