Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 6 ta' Frar 2013 - Strasburgu

2. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għar-rubinetterija sanitarja (D020994/03 - 2013/2527(RPS) - skadenza: 24/04/2013)
irreferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġu adottati l-Annessi I, II u IV għall-progress tekniku (D023740/05 - 2013/2526(RPS) - skadenza: 22/04/2013)
irreferut responsabbli: ENVI, IMCO

- Regolament tal-Kummissjoni li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplimentari għal-laboratorji ta' referenza tal-UE għar-rabja, tuberkulożi tal-ifrat u s-saħħa tan-naħal, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 737/2008 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 87/2011 (D024558/02 - 2013/2525(RPS) - skadenza: 22/04/2013)
irreferut responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż (D024615/02 - 2013/2524(RPS) - skadenza: 17/04/2013)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI

- Regolament tal-Kummissjoni dwar is-sottomissjoni u l-pubblikazzjoni ta' data fis-swieq tal-elettriku u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D024862/01 - 2013/2539(RPS) - skadenza: 30/04/2013)
irreferut responsabbli: ITRE

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (D025309/02 - 2013/2540(RPS) - skadenza: 01/05/2013)
irreferut responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE.

Avviż legali - Politika tal-privatezza