Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 6 ta' Frar 2013 - Strasburgu

3. Atti delegati (Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozz ta' att delegat li ġej intbagħat lill-Parlament:

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jikkoreġi t-test Ungeriż tar-Regolament delegat (UE) Nru 244/2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini - C(2013)404

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-31 ta' Jannar 2013.

Irreferut responsabbli: ITRE

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Regolament ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha - C(2012)8509

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-3 ta' Diċembru 2012.

Proroga tat-terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn supplementari fuq talba tal-Kunsill.

Irreferut responsabbli: TRAN

Avviż legali - Politika tal-privatezza