Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta' applikazzjoni ta' sistemi pubbliċi tal-assigurazzjoni tas-saħħa [COM(2012)0084 - C7-0056/2012- 2012/0035(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Antonyia Parvanova (A7-0015/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Billi aktar minn 40 Membru opponew li l-emenda orali tiġi kkunsidrata, din ma ġietx aċċettata.
Antonyia Parvanova (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex titlob il-pożizzjoni tal-Kumitat dwar l-emendi adottati, u Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni).
° ° ° °
Intervent ta': Hannes Swoboda, li kkummenta ċerti affermazzjonijiet ta' Nigel Farage waqt id-dibattitu preċedenti.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta sa ma bdiet is-seduta formali: 11.55.Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.05)