7.1. Il-Politika Komuni tas-Sajd ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd [COM(2011)0425 - C7-0198/2011- 2011/0195(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Ulrike Rodust (A7-0008/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
József Szájer biex jippreċiża dwar il-lista tal-vot tal-PPE.
Ulrike Rodust (rapporteur) biex tressaq emenda orali għall-emenda 119, l-ewwel parti, li ġiet aċċettata.
Ulrike Rodust biex titlob votazzjoni ġdida tal-emenda 298 (il-President tat segwitu għal din it-talba).
7.2. Il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur [COM(2011)0856 - C7-0487/2011- 2011/0409(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Miroslav Ouzký (A7-0435/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
Miroslav Ouzký (rapporteur) biex jirrakkomanda r-rifjut tal-emenda 51.
7.3. Il-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għar-Ritorn u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE, Deċiżjoni Nru 575/2007/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta' konfinanzjamenet tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għar-Ritorn u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbilità finanzjarja tagħhom [COM(2012)0526 - C7-0302/2012- 2012/0252(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Nils Torvalds (A7-0004/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Fond tal-Fruntieri Esterni għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbilità finanzjarja tagħhom [COM(2012)0527 - C7-0301/2012- 2012/0253(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Nils Torvalds (A7-0433/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 [COM(2012)0298 - C7-0156/2012- 2012/0158(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Pat the Cope Gallagher (A7-0342/2012)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
7.7. Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu (votazzjoni)
Rapport dwar is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu [2012/2258(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Kartika Tamara Liotard (A7-0029/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)
7.9. Linji gwida għall-baġit 2014 - Taqsimiet Oħra differenti mill-Kummissjoni (votazzjoni)
Rapport dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2014, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna [2013/2003(BUD)] - Kumitat għall-Baġit. Rapporteur: Monika Hohlmeier (A7-0020/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)
Monika Hohlmeier (rapporteur), biex tressaq emenda orali għall-paragrafu 14, li ġiet aċċettata.
7.10. Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva: imġiba kummerċjali responsabbli u trasparenti u tkabbir sostenibbli (votazzjoni)
Rapport dwar ir-Responsabilità Soċjali Korporattiva: imġiba kummerċjali responsabbli u trasparenti u tkabbir sostenibbli [2012/2098(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Raffaele Baldassarre (A7-0017/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)
Raffaele Baldassarre (rapporteur), biex iressaq emenda orali bil-għan li jiżdied titolu wara l-paragrafu 47, li ġiet aċċettata.
7.11. Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u triq lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv (votazzjoni)
Rapport dwar ir-Responsabilità Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u triq lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv [2012/2097(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Richard Howitt (A7-0023/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)