Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ) jidhru fl-Anness 'Riżultati tal-Votazzjonijiet', mehmuż mal-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq Europarl.
° ° ° °
Interventi ta': Jacky Hénin dwar kif ġew trattati l-ħaddiema tal-azzar mill-forzi tal-ordni matul il-manifestazzjoni li saret Strasburgu nhar is-6 ta' Frar 2013 (il-President ippreċiża li l-President tal-Parlament Ewropew kien ġie infurmat dwar dan u li l-Konferenza tal-Presidenti se tiddiskuti l-kwistjoni), Charles Tannock dwar id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar id-dikjarazzjonijiet bil-miktub (Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura), Lucas Hartong dwar il-manifestazzjoni msemmija aktar 'il fuq, u Potito Salatto dwar l-imkejjen għal min ipejjep fil-binjiet tal-Parlament Ewropew.
5.1. Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud u mekkaniżmu ta' reazzjoni rapida kontra l-frodi tal-VAT * (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' reazzjoni rapida kontra l-frodi tal-VAT [COM(2012)0428 - C7-0260/2012- 2012/0205(CNS)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: David Casa (A7-0014/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
5.2. Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 (votazzjoni)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 [2012/2256(INI)] – Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Elisa Ferreira (A7-0032/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
5.3. Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 (votazzjoni)
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 [2012/2257(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Verónica Lope Fontagné (A7-0024/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Intervent Marije Cornelissen fi tmiem il-votazzjoni.
5.4. Il-governanza tas-suq uniku (votazzjoni)
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-governanza tas-suq uniku [2012/2260(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Andreas Schwab (A7-0019/2013)
(Maġġoranza kwalifikata meħtieġa għall-adozzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)
5.5. Regolamenti ta' delega tal-Kummissjoni li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (EMIR) (C(2012)9593 u C(2012)9623) (votazzjoni)
Wara li rriaffermat li l-Kummissjoni żżomm mal-prinċipju taċ-ċertezza tad-dritt, Connie Hedegaard (Membru tal-Kummissjoni) għamlet dikjarazzjoni li fiha għarrfet dan li ġej:
- il-Kummissjoni tirriafferma li, billi se tittieħed deċiżjoni dwar l-obbligu tal-kumpens għal ċerti kategoriji ta' derivati OTC, se jingħata żmien biżżejjed għall-fini li l-kumpaniji mhux finanzjarji jkunu jistgħu jadattaw ruħhom għad-dispożizzjonijiet il-ġodda;
- il-Kummissjoni disposta tiċċara l-implimentazzjoni futura tat-termini standard ta' konferma, skont l-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament EMIR;
- Il-Kummissjoni lesta tikkollabora mal-Parlament biex tistabbilixxi djalogu miftuħ u trasparenti għalkollox dwar l-ippjanar tal-istandards tekniċi futuri u bil-għan li tiżgura lill-Parlament terminu biżżejjed twil għall-valutazzjoni tagħhom.
Wara din id-dikjarazzjoni, u wara li kkonfermat li kienet irċeviet il-garanziji bil-fomm u bil-miktub li l-problemi se jkunu ttrattati permezz ta' pubblikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni dwar il-mistoqsijiet li l-aktar li jsiru u t-tweġibiet rispettivi għalihom, Sharon Bowles (President tal-Kumitat ECON) irtirat il-mozzjoni għal riżoluzzjoni.
5.6. It-22 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (votazzjoni)
imressqa mill-Membri li ġejjin: José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Laima Liucija Andrikienė, Eduard Kukan, Filip Kaczmarek, Elena Băsescu, Francisco José Millán Mon, Jacek Protasiewicz, Jean Roatta, Roberta Angelilli, Elisabeth Jeggle, Kinga Gál u Anne Delvaux f'isem il-Grupp PPE; Richard Howitt, Véronique De Keyser, Joanna Senyszyn, Ana Gomes, Pino Arlacchi u Raimon Obiols f'isem il-Grupp S&D; Leonidas Donskis, Marietje Schaake u Marielle de Sarnez f'isem il-Grupp ALDE; Barbara Lochbihler, Rui Tavares, Nicole Kiil-Nielsen, Tarja Cronberg u Catherine Grèze f'isem il-Grupp Verts/ALE; Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR.
5.8. Il-Bank Ewropew tal-Investiment - Rapport Annwali 2011(votazzjoni)
Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2011 tal-Bank Ewropew tal-Investiment [2012/2286(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Mario Mauro (A7-0016/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)