Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Marzu 2013 - Strasburgu

3. Kompożizzjoni tal-Parlament

Ioannis Kasoulides inħatar Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' Ċipru b'effett mill-1 ta' Marzu 2013.

L-awtoritajiet kompetenti ta' Ċipru kkomunikaw il-ħatra ta' Andreas Pitsillides biex jieħu post Ioannis Kasoulides b'effett mill-4 ta' Marzu 2013.

Skont l-Artikolu 7(1), tal-Att rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali u l-Artikolu 4(1) u (4), tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament innota l-kariga vakanti ta' Ioannis Kasoulides mill-1 ta' Marzu 2013 u ħa nota tal-ħatra ta' Andreas Pitsillides bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mill-4 ta' Marzu 2013.

Skont l-Artikolu 3(2), tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jiġu vverifikati jew deċiżjoni tiġi meħuda dwar xi kontestazzjoni, Andreas Pitsillides għandu jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi d-drittijiet kollha tiegħu, bil-kundizzjoni li jkun iddikjara minn qabel li ma jeżerċitax funzjoni li ma tkunx kompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza