8. Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat kompetenti ressaq il-corrigendum li ġej ta' test approvat mill-Parlament Ewropew:
Corrigendum (P7_TA-PROV(2013)0048(COR01)) għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2014, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Taqsima X – Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (P7_TA-PROV(2013)0048) (2013/2003(BUD))
Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies approvat sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.
Il-corrigendum hu disponibbli fuq is-sit Séance en direct.