9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (00072/2012/LEX - C7-0056/2013 - 2012/0253(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (00068/2012/LEX - C7-0055/2013 - 2010/0370(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (00067/2012/LEX - C7-0054/2013 - 2010/0256(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE bil-ħsieb li tiżdied ir-rata ta’ kofinanzjament għall-Fond Ewropew għar-Refuġjati, il-Fond Ewropew għar-Ritorn u l-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (00071/2012/LEX - C7-0053/2013 - 2012/0252(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem (00064/2012/LEX - C7-0052/2013 - 2012/0158(COD))