Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni online għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) [2011/0374(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Róża Gräfin von Thun und Hohenstein (A7-0236/2012)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) [2011/0373(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Louis Grech (A7-0280/2012)
Róża Gräfin von Thun und Hohenstein u Evelyne Gebhardt (sostituta għal Louis Grech) ippreżentaw ir-rapporti tagħhom.
Intervent ta': Tonio Borg (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Cristian Silviu Buşoi (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat JURI), Hans-Peter Mayer f'isem il-Grupp PPE, Mitro Repo f'isem il-Grupp S&D, Robert Rochefort f'isem il-Grupp ALDE, Ashley Fox f'isem il-Grupp ECR, Andreas Schwab, Sylvana Rapti, Adam Bielan, Raffaele Baldassarre, María Irigoyen Pérez, Barbara Weiler, Catherine Stihler u Franz Obermayr.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Erik Bánki, Phil Prendergast, Miroslav Mikolášik, Olga Sehnalová u Andrew Henry William Brons.
Interventi ta': Tonio Borg, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein u Evelyne Gebhardt.