Intervent ta' Sylvie Guillaume li, f'isem il-Grupp S&D, talbet li l-Kumitat LIBE jiġi riferut il-kwistjoni tal-kompatibilità mal-prinċipji fundamentali u l-liġi tal-Unjoni Ewropea tas-sensiela ta' emendi adottati l-jum preċedenti mill-Parlament Ungeriż; Gabriele Zimmer li, billi rritorna għall-punt imqajjem il-jum preċedenti fil-bidu tas-sessjoni, talab f'isem il-Grupp GUE/NGL li l-President jindirizza lill-awtoritajiet Marokkini protesta uffiċjali kontra l-espulsjoni tad-delegazzjoni tal-Parlament li kienu qed jivvjaġġaw lejn is-Saħara tal-Punent; Guy Verhofstadt li talab – billi fakkar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea- li s-suġġett dwar il-ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali mill-emendi għall-kostituzzjoni Ungeriża jiddaħħal fl-aġenda tal-għada; József Szájer li oppona din it-talba li tinvoka l-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Rui Tavares li, billi fakkar l-Artikolu 2 tat-Trattat, stieden lill-Kummissjoni tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq id-djalogu mal-Ungerija dwar id-drittijiet fundamentali (Il-President ħadet nota tat-talba għall-bidla tal-aġenda u għarrfet li se tirreferiha lill-President).