8.3. Ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE [COM(2012)0134 - C7-0083/2012- 2012/0065(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Pervenche Berès (A7-0037/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3
Interventi qabel il-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva ta' Pervenche Berès (rapporteur) biex titlob il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi li l-Parlament adotta, Janusz Lewandowski (Membru tal-Kummissjoni) u Pervenche Berès, ipproponew il-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlement stqarr li kien favorevoli għal din il-proposta. Il-kwistjoni ġiet differita lill-kumitat kompetenti għal rieżami.