Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Il-qagħda fil-Mali (2013/2570(RSP))
Štefan Füle (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem Catherine Ashton (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà).
PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi President
Interventi ta': Arnaud Danjean f'isem il-Grupp PPE, Véronique De Keyser f'isem il-Grupp S&D, Louis Michel f'isem il-Grupp ALDE, Nicole Kiil-Nielsen f'isem il-Grupp Verts/ALE, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Jacek Włosowicz f'isem il-Grupp EFD, Cristian Dan Preda, Ana Gomes, Marielle de Sarnez, Michèle Rivasi, Paul Murphy, Filip Kaczmarek, Jean-Jacob Bicep, Santiago Fisas Ayxela, Françoise Castex u Mariya Gabriel.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Eija-Riitta Korhola, Malika Benarab-Attou, Inês Cristina Zuber, Michael Gahler u Luis Yáñez-Barnuevo García.