Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 14 ta' Marzu 2013 - Strasburgu

12. Pożizzjoni tal-Kunsill fl-1 qari

Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 61(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjoni li ġejja, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottaha, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:

- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (17427/1/2012 - C7-0051/2013 - 2006/0084(COD))
irreferut responsabbli: CONT

Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu kellu jibda għalhekk mill-għada, 15 ta' Marzu 2013.

Avviż legali - Politika tal-privatezza