Louis Grech inħatar Ministru tal-Affarijiet Ewropej ta' Malta b'seħħ mit-13 ta' Marzu 2013.
Edward Scicluna nħatar Ministru tal-Finanzi ta' Malta b'seħħ mit-13 ta' Marzu 2013.
Simon Busuttil ġie elett fil-Parlament Malti b'seħħ mis-6 ta' April 2013.
Skont l-Artikolu 7(1) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota ta' dan u kkonferma s-siġġijiet vakanti ta' Louis Grech u Edward Scicluna b'seħħ mit-13 ta' Marzu 2013 u s-siġġu vakanti ta' Simon Busuttil b'seħħ mis-6 ta' April 2013 u jgħarraf lill-awtoritajiet nazzjonali b'dan.
Gabriele Albertini, Mario Mauro u Gianluca Susta ġew eletti għas-Senat Taljan b'seħħ mill-15 ta' Marzu 2013.
Skont l-Artikolu 7(1) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota ta' dan u kkonferma s-siġġijiet vakanti ta' Gabriele Albertini, Mario Mauro u Gianluca Susta b'seħħ minn din id-data u jgħarraf lill-awtoritajiet nazzjonali b'dan.
L-awtoritajiet kompetenti Taljani kkomunikaw l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew ta' Isabella De Martini minflok Mario Mauro, Fabrizio Bertot minflok Gabriele Albertini, u ta' Franco Bonanini minflok Gianluca Susta, bħala Membri tal-Parlament, b'seħħ mit-12 ta' April 2013.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Isabella De Martini, Fabrizio Bertot u Franco Bonanini jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.