Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 15 ta' April 2013 - Strasburgu

9. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President informa lill-Parlament, skont l-Artikolu 211(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 159(3) tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

"Artikolu 159 (3) għandu jiġi interpretat li jfisser li, fejn ikun hemm vot indaqs fuq abbozz ta' rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 128(4) sabiex ma jkunx hemm intervenzjoni fi proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan il-vot indaqs ma għandux ifisser l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni li l-Parlament għandu jintervjeni f'dawk il-proċeduri. F'każ bħal dan, il-kumitat responsabbli għandu jitqies li ma esprimiex rakkomandazzjoni."

Jekk ma tkunx ikkontestata minn xi grupp politiku jew minn almenu 40 Membru, skont l-Artikolu 211(4), tar-Regoli ta' Proċedura, sal-ftuħ tas-seduta ta' għada, it-Tlieta 16 ta' April 2013, din l-interpretazzjoni titqies bħala adottata. F'każ kuntrarju, tkun sottoposta għall-votazzjoni tal-Parlament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza