Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra [COM(2012)0416 - C7-0203/2012- 2012/0202(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Matthias Groote (A7-0046/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Rifjutata
Interventi ta': Neelie Kroes (Viċi President tal-Kummissjoni), jieħu nota tal-oġġezzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni wara l-adozzjoni tal-emenda 20, u József Szájer, biex jitlob li ssir il-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva, bi qbil mal-Artikolu 56(3), tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament oġġezzjoni għal din il-proposta b'sejħa tal-ismijiet (300 favur, 343 kontra, u 61 astensjoni). Il-kwistjoni ġiet differita lill-kumitat kompetenti għal rieżami.