Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti [COM(2012)0118 - C7-0082/2012- 2012/0055(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Carl Schlyter (A7-0132/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
Carl Schlyter (rapporteur), qabel il-votazzjoni, u mbagħad qabel il-vot dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva biex jipproponi, bi qbil mal-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva.
Il-Parlament approva din il-proposta. Il-kwistjoni ġiet differita lill-kumitat kompetenti għal rieżami.