L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Mejju 2013 (PE 510.028/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):
Interventi ta': Marianne Thyssen f'isem il-Grupp PPE, biex titlob li l-votazzjoni tal-emendi mressqa għaż-żewġ rapporti ssir l-Erbgħa.
Il-Parlament approva din t-talba.
Rapport Carlo Casini (A7-0138/2013) (Punt 123 tal-Abbozz tal-Aġenda):
Interventi ta': John Stuart Agnew f'isem il-Grupp EFD, biex jitlob li r-rapport jintbagħat lura quddiem il-Kumitat (l-Artikolu 175 tar-Regoli ta' Proċedura), Francesco Enrico Speroni, li appoġġja din it-talba, u Rafał Trzaskowski li kien kontra din it-talba.
Il-Parlament ma laqax din it-talba.
L-Erbgħa u il-Ħamis:
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
° ° ° °
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
° ° ° °
Intervent ta': Jean-Pierre Audy, biex jitlob li Herman Van Rompuy, President tal-Kunsill Ewropew, ikun mistieden il-Ħamis biex jagħti rendikont tar-riżultati tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 lill-Parlament (Il-President ikkonfermalu li t-talba tiegħu se titressaq quddiemu).