Bi qbil mal-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':
- rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat ENVI li ma ssirx oppożizzjoni għal abbozz ta’ regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tat-tranżitu ta’ ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-Bosnja-Ħerzegovina (2013/2598(RSP)) (B7-0251/2013).
Jekk tali rakkomandazzjoni ma tkunx is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew ta' almenu erbgħin Membru sa terminu ta' erbgħa u għoxrin siegħa, titqies approvata. Fil-każ kuntrarju, tkun sottoposta għal votazzjoni.
Ir-rakkomandazzjoni hija disponibbli fuq is-sit Séance en direct.