Interventi ta': José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra li, filwaqt li fakkar fid-deċiżjoni preċedenti tal-Assemblea dwar Guantanamo (punt 5 tal- Minuti ta' 18.4.2013), talab f'isem il-Grupp PPE li l-Parlament ma jipproċedix b'dibattitu ieħor dwar is-suġġett, li diġà ġie diskuss f'April (punt 10.3 tal- Minuti ta' 18.4.2013) (Il-President wieġbet li talba formali ta' grupp politiku trid tintbagħat lill-President qabel it-15h00, sabiex il-Parlament ikun jista' jeżamina l-kwistjoni) u Véronique De Keyser, li appoġġjat it-talba ta' José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra.