Intervent ta': Mario Borghezio, biex jiskuża ruħu mal-Ministru Taljan tal-Integrazzjoni, Cécile Kyenge, u jirtira l-kliem li qal u li setgħu insultaw lil din tal-aħħar (ara d-dikjarazzjoni tal-President tal-20 ta' Mejju 2013 (punt 9 tal- Minuti ta' 20.5.2013).
° ° ° °
Il-President avża li rċieva talba mill-Grupp PPE, skont l-Artikolu 177(1) tar-Regoli ta' Proċedura, bil-għan li jiġi aġġornat id-dibattitu dwar Guantanamo (punt 162 tal-Aġenda).
Intervent ta': José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, rigward il-proċedura li trid tiġi segwita (Il-President wieġbu li jkun aħjar jekk it-talba għall-aġġornament issir għada, il-Ħamis, qabel ma jinfetaħ id-dibattitu msemmi).