Il-President għamel dikjarazzjoni li fiha fakkar il-bosta vittmi tal-għargħar fl-Ewropa u esprima s-solidarjetà tiegħu mal-għexieren ta' eluf ta' persuni li ġew evakwati. Ġibed l-attenzjoni għall-fatt li, filwaqt li rringrazzja lill-volontarji kollha li tħabirku f'dan il-kuntest, is-sitwazzjoni għadha gravi ħafna u teħtieġ għajnuna malajr. Il-President enfasizza wkoll l-importanza tal-isforzi ta' prevenzjoni.
Il-President fakkar iċ-ċelebrazzjonijiet tal-1 ta' Lulju 2013, data li fiha l-Kroazja se tingħaqad mal-Unjoni Ewropea u b'hekk se ssir it-28 Stat Membru. Stieden lill-Membri jingħaqdu miegħu u mal-President tal-Parlament Kroat, Josip Leko, waqt iċ-ċerimonja ta' merħba li se ssir fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali ta' Lulju.
° ° ° °
Intervent ta': Daniel Cohn-Bendit li, fuq stedina tal-President, skuża ruħu ma' Herbert Reul għan-nuqqas ta' rispett li wrieh fid-diskors li qallu waqt is-seduta tat-23 ta' Mejju 2013.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
° ° ° °
Intervent ta': Sonia Alfano, biex tfakkar lil Giuseppe la Rosa, kaptan tal-armata Taljana, li miet fl-Afganistan biex jipproteġi lill-kumpanji tal-armi tiegħu.
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Bulgari kkomunikaw il-ħatra ta' Kristian Vigenin bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin b'effett mid-29 ta' Mejju 2013, u l-elezzjoni ta' Marusya Ivanova Lyubcheva biex tieħu postu b'effett mis-7 ta' Ġunju 2013.
F'konformità mal-Artikolu 7(1), tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali u l-Artikolu 4(1) u (4), tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-vakanza tas-siġġu ta' Kristian Vigenin li tiddekorri mid-29 ta' Mejju 2013, u jieħu nota tal-elezzjoni ta' Marusya Ivanova Lyubcheva bħala Membru tal-Parlament Ewropew b'effett mis-7 ta' Ġunju 2013.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Marusya Ivanova Lyubcheva tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew .
5. Verifika tal-kredenzjali
Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li japprova l-mandati tal-Membri:
- Susy De Martini, Fabrizio Bertot u Franco Bonanini, b'effett mit-12 ta' April 2013;
- Claudette Abela Baldacchino, Marlene Mizzi u Roberta Metsola, b'effett mill-25 ta' April 2013;
- Franco Frigo, b'effett mis-7 ta' Mejju 2013.
6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Is-siġġu ta' Mario Borghezio tqiegħed fost il-Membri mhux affiljati b'effett mit-3 ta' Ġunju 2013.
7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Fuq talba tal-Grupp PPE, il-Parlament irratifika l-ħatra li ġejja:
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo: Roberta Metsola
° ° ° °
Intervent ta': Mario Borghezio biex jinforma li ressaq rikors ta' annullament kontra d-deċiżjoni tal-Grupp EFD dwaru.
8. Kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tal-Parlament Ewropew - 2014
Il-Konferenza tal-Presidenti, fil-laqgħa tagħha tal-Ħamis 6 ta' Ġunju 2013, adottat l-abbozz ta' kalendarju tas-sessjonijiet parzjali tas-sena parlamentari 2014, li huwa s-segwenti:
- mit-13 sas-16 ta' Jannar
- mit-3 sas-6 ta' Frar
- mill-24 sas-27 ta' Frar
- mill-10 sat-13 ta' Marzu
- it-2 u t-3 ta' April
- mill-14 sas-17 ta' April
- mill-1 sat-3 ta' Lulju (sessjoni kostituttiva)
- mill-14 sas-17 ta' Lulju
- mill-15 sat-18 ta' Settembru
- it-8 u d-9 ta' Ottubru
- mill-20 sat-23 ta' Ottubru
- it-12 u t-13 ta' Novembru
- mill-24 sas-27 ta' Novembru
- mill-15 sat-18 ta' Diċembru
It-terminu għat-tressiq tal-emendi ġie ffissat għat-Tlieta 11 ta' Ġunju 2013 f'12.00. Il-votazzjoni se ssir nhar l-Erbgħa 12 ta' Ġunju 2013 fil-11.30.
9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 450/2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tiegħu (00023/2013/LEX - C7-0159/2013 - 2013/0104(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa (00010/2013/LEX - C7-0158/2013 - 2012/0040(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Mjanmar/Burma (00012/2013/LEX - C7-0157/2013 - 2012/0251(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (00009/2013/LEX - C7-0156/2013 - 2012/0039(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (00008/2013/LEX - C7-0155/2013 - 2011/0309(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (Riformulazzjoni) (00016/2013/LEX - C7-0154/2013 - 2011/0358(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili (00007/2013/LEX - C7-0153/2013 - 2011/0130(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tal-pinen ta' klieb il-baħar abbord bastimenti (00076/2012/LEX - C7-0152/2013 - 2011/0364(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (00034/2013/LEX - C7-0151/2013 - 2011/0156(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (00027/2013/LEX - C7-0150/2013 - 2011/0137(COD)).
10. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-000040/2013) imressqa minn Eva Joly, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Iżvilupp, u Elmar Brok, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Affarijiet Barranin, lill-Kunsill: Rikostruzzjoni u demokratizzazzjoni ta' Mali (2013/2587(RSP)) (B7-0205/2013);
- (O-000041/2013) imressqa minn Eva Joly f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Iżvilupp, u Elmar Brok, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Affarijiet Barranin, lill-Kummissjoni: Rikostruzzjoni u demokratizzazzjoni ta' Mali (2013/2587(RSP)) (B7-0206/2013);
- (O-000057/2013) imressqa minn Pervenche Berès, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, lill-Kummissjoni: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni - inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020" (COM(2013)0083) (2013/2607(RSP)) (B7-0207/2013);
- (O-000063/2013) imressqa minn Sharon Bowles, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, lill-Kunsill: Nuqqas ta' progress fil-Kunsill dwar fajls tas-servizzi finanzjarji (2013/2658(RSP)) (B7-0208/2013);
- (O-000065/2013) imressqa minn Sharon Bowles, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, lill-Kummissjoni: Dewmien fl-adozzjoni tal-proposti tas-servizzi finanzjarji mill-Kummissjoni (2013/2658(RSP)) (B7-0209/2013).
11. Trażmissjoni ta' testi ta' ftehim mill-Kunsill
Il-Kunsill għadda kopji ċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:
- Ftehim qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Mongolja, min-naħa l-oħra;
- Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni.
12. Deċiżjonijiet dwar ċerti dokumenti
Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 119(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Mejju 2013)
Kumitat AFET
- Ir-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni fl-2012 (2013/2081(INI)) (opinjoni: BUDG)
Kumitat ECON
- Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2012 (2013/2076(INI))
- Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (2013/2075(INI))
Kumitat JURI
- Idoneità Regolatorja tal-UE, Sussidjarjetà u Proporzjonalità - id-19-il rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-sena 2011 (COM(2012)0746 – COM(2012)0373) - (2013/2077(INI)) (opinjoni: AFCO, REGI)
Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 42 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Mejju 2013)
Kumitat ENVI
- Id-drittijiet tal-Parlament fil-proċedura tal-ħatra ta' Diretturi Eżekuttivi futuri tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent - emenda tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (2013/2089(INI))
Deċiżjoni biex jiġu ppreparati rapporti ta' inizjattiva (Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta' April 2013)
Kumitat AFET
- Il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (2013/2074(INI)) (opinjoni: DEVE)
- L-isforzi tal-komunità internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp tal-"bini tal-istat" fis-Sudan t'Isfel (2013/2090(INI)) (opinjoni: AFET)
Kumitat ENVI
- Il-kriżi alimentari, frodi fil-katina alimentari u l-kontroll tiegħu (2013/2091(INI)) (opinjoni: AGRI, IMCO)
- Rapport ta' implimentazzjoni 2013: L-iżvilupp u l-applikazzjoni tat-teknoloġija tal-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju fl-Ewropa (2013/2079(INI))
Kumitat FEMM
- L-isfruttament sesswali u l-prostituzzjoni u l-impatt tagħhom fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi (2013/2103(INI)) (opinjoni: DEVE)
Kumitat IMCO
- Pjan ta' Azzjoni Ewropew għas-Settur tal-Konsumaturi għall-benefiċċju tal-atturi kollha (COM(2013)0036) - (2013/2093(INI)) (opinjoni: ENVI, EMPL, ITRE, JURI, ECON)
- Rapport ta' implimentazzjoni dwar il-qafas regolatorju għall-komunikazzjoni elettronika (2013/2080(INI)) (opinjoni: IMCO)
Kumitat PECH
- L-għarfien dwar il-baħar 2020: L-immappjar ta’ qiegħ il-baħar għal skopijiet ta' sajd (COM(2012)0473) - (2013/2101(INI))
Kumitat REGI
- Il-politika reġjonali bħala parti minn skemi usa’ ta’ għajnuna mill-Istat (2013/2104(INI)) (opinjoni: EMPL, ECON)
- L-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri tal-UE għal bidu effikaċi u f'waqtu tal-perjodu ta’ Programmazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni (2013/2095(INI)) (opinjoni: BUDG)
- Speċjalizzazzjoni intelliġenti: eċċellenza fin-netwerking għal Politika ta' Koeżjoni soda (2013/2094(INI))
Tibdil tat-titolu
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Mejju 2013)
Kumitat AFET
- Titolu ġdid tar-rapport ta' inizjattiva INI 2012/2253 : "Rakkomandazzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-rieżami 2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE"
Kumitati assoċjati (Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Mejju 2013)
Kumitat REGI
- Il-politika reġjonali bħala parti minn skemi usa’ ta’ għajnuna mill-Istat (2013/2104(INI)) (opinjoni: EMPL, ECON) Kumitati assoċjati REGI, ECON
Kumitat IMCO
- Ħatra ta' membru ġdid tal-Kummissjoni Ewropea - il-membru Kroat, is-Sur Neven Mimica (HR) (N7-0062/2013 - C7-0118/2013 - 2013/0806(NLE)) opinjoni: ENVI Kumitati assoċjati IMCO, ENVI
Proċedura b'laqgħat konġunti ta' kumitati (Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Mejju 2013)
- Ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363 - C7-0192/2012 - 2012/0193(COD)) Kumitati: CONT, LIBE (opinjoni: JURI, ECON, JURI (Artikolu 37))
13. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri (COM(2013)0301 - C7-0143/2013 - 2013/0156(COD)) F'konformità mal-Artikoli 124(1) u 125(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irreferut
responsabbli:
REGI
opinjoni:
FEMM, PECH, ENVI, EMPL, BUDG, CONT, TRAN
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq l-aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (COM(2013)0296 - C7-0144/2013 - 2013/0157(COD)) F'konformità mal-Artikoli 124(1) u 125(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irreferut
responsabbli:
TRAN
opinjoni:
EMPL, ECON, IMCO, REGI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea. (COM(2013)0293 - C7-0145/2013 - 2013/0152(COD))
irreferut
responsabbli:
BUDG
opinjoni:
DEVE, AFET, ECON, INTA
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni (12418/2012 - C7-0146/2013 - 2012/0127(NLE))
irreferut
responsabbli:
INTA
opinjoni:
JURI, ECON, LIBE, IMCO
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-ritorn ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stat Membru (Riformulazzjoni) (COM(2013)0311 - C7-0147/2013 - 2013/0162(COD)) F'konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irreferut
responsabbli:
CULT
opinjoni:
JURI
- Proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru1336/97/KE (COM(2013)0329 - C7-0149/2013 - 2011/0299(COD)) F'konformità mal-Artikoli 124(1) u 125(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President informa li se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irreferut
responsabbli:
ITRE
opinjoni:
CULT, ENVI, ECON, LIBE, IMCO, REGI
- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen (10273/2013 – C7-0160/2013 – 2010/312(NLE))
irreferut
responsabbli:
LIBE
opinjoni:
BUDG
- Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00110/2013 - C7-0166/2013 - 2013/0900(NLE))
irreferut
responsabbli:
AFCO
2) mill-kumitati parlamentari
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament [...] dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern. (COM(2011)0883 - C7-0512/2011 - 2011/0435(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Bernadette Vergnaud (A7-0038/2013)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li jemenda d-Direttiva 98/26/KE (COM(2012)0073 - C7-0071/2012 - 2012/0029(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Kay Swinburne (A7-0039/2013)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (COM(2011)0290 - C7-0135/2011 - 2011/0138(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra (A7-0139/2013)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2012)0021 - C7-0042/2012 - 2012/0013(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Diane Dodds (A7-0141/2013)
- Rapport dwar Strateġija għal Servizz ta’ Pedaġġ Elettroniku u sistema ta' vinjetti għall-vetturi ħfief privati fl-Ewropa (COM(2012/2296(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Jim Higgins (A7-0142/2013)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2012)0498 - C7-0290/2012 - 2012/0236(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Diane Dodds (A7-0146/2013)
- Rakkomandazzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-rieżami 2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE (2012/2253(INI)) - Kumitat AFET - Korapporteurs: Elmar Brok u Roberto Gualtieri (A7-0147/2013)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti atti leġiżlattivi fil-qasam tal-istatistika agrikola u tas-sajd (COM(2012)0724 - C7-0397/2012 - 2012/0343(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Paolo De Castro (A7-0148/2013)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u delitti serji (COM(2011)0032 - C7-0039/2011 - 2011/0023(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Timothy Kirkhope (A7-0150/2013)
- Rapport dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (2012/2293(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Karima Delli (A7-0155/2013)
- Rapport dwar it-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja: l-għajnuna legali f’tilwim ċivili u kummerċjali transkonfinali (2012/2101(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tadeusz Zwiefka (A7-0161/2013)
- Rapport dwar aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur (2012/2133(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Vicente Miguel Garcés Ramón (A7-0163/2013)
- Rapport dwar il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE (2013/2009(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Licia Ronzulli (A7-0164/2013)
- Rapport dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju - definizzjoni tal-qafas wara l-2015 (2012/2289(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Filip Kaczmarek (A7-0165/2013)
- Rapport dwar il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni – Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur (2012/2299(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A7-0172/2013)
- Rapport dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport intermedju) (2012/2117(INI)) - Kumitat CRIM - Rapporteur: Salvatore Iacolino (A7-0175/2013)
- Rapport dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja (2011/2081(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Marietje Schaake (A7-0176/2013)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (COM(2012)0085 - C7-0075/2012 - 2012/0036(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Monica Luisa Macovei (A7-0178/2013)
- * Rapport dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ Għajnuna mill-Istat orizzontali u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (COM(2012)0730 - C7-0005/2013 - 2012/0344(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Herbert Dorfmann (A7-0179/2013)
- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (COM(2012)0725 - C7-0004/2013 - 2012/0342(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sirpa Pietikäinen (A7-0180/2013)
- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' George Pufan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (N7-0061/2013 - C7-0115/2013 - 2013/0805(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A7-0181/2013)
- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Neven Mates bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (N7-0057/2013 - C7-0106/2013 - 2013/0804(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Inés Ayala Sender (A7-0182/2013)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (COM(2012)0617 - C7-0358/2012 - 2012/0295(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Emer Costello (A7-0183/2013)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 (COM(2013)0159 - C7-0079/2013 - 2013/0087(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Luis Manuel Capoulas Santos (A7-0186/2013)
- Rapport dwar it-Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski (2013/2019(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Cecilia Wikström (A7-0187/2013)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (14757/2012 - C7-0369/2012 - 2008/0139(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: David Martin (A7-0190/2013)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Małgorzata Handzlik (2012/2238(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Dimitar Stoyanov (A7-0195/2013)
- Rapport bi proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar l-abbozz ta' Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin (2013/2082(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Laima Liucija Andrikienė (A7-0203/2013)
- Rapport dwar il-politika reġjonali bħala parti minn skemi usa’ ta’ għajnuna mill-Istat (2013/2104(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Oldřich Vlasák (A7-0204/2013)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen (COM(2011)0118 - C7-0070/2011 - 2011/0051(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Georgios Papanikolaou (A7-0206/2013)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexander Alvaro (2013/2106(IMM)) – Kumitat JURI - Rapporteur: Eva Lichtenberger (A7-0188/2013)
- *** Rakkomadazzjoni dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00110/2013 - C7-0166/2013 - 2013/0900(NLE)) - Kumitat AFCO - Rapporteurs: Rafał Trzaskowski, Roberto Gualtieri (A7-0213/2013)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen (10273/2013 - C7-0160/2013 - 2010/0312(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Carlos Coelho (A7-0215/2013)
3) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari
- ***II Rakkomadazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003(06353/1/2013 - C7-0142/2013 - 2011/0137(COD)) – Kumitat IMCO - Rapporteur: Jürgen Creutzmann (A7-0185/2013)
- ***II Rakkomadazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009(05394/1/2013 - C7-0133/2013 - 2011/0156(COD)) – Kumitat ENVI - Rapporteur: Frédérique Ries (A7-0191/2013)
- ***II Rakkomadazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)(14654/2/2012 - C7-0165/2013 - 2008/0244(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Antonio Masip Hidalgo (A7-0214/2013)
- ***II Rakkomadazzjoni għat-tieni qaridwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (riformulazzjoni) (15605/3/2012 - C7-0164/2013 - 2008/0243(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Cecilia Wikström (A7-0216/2013)
- ***II Rakkomadazzjoni għat-tieni qaridwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (08260/2/2013 - C7-0163/2013 - 2009/0165(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Sylvie Guillaume (A7-0217/2013).
14. Petizzjonijiet
Il-petizzjonijiet li ġejjin, li kienu tniżżlu fir-reġistru fid-dati li jidhru hawn taħt, ġew mgħoddija lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 201(6) tar-Regoli ta' Proċedura:
Data: 23.05.2013
Jean Michel Charliot (nru 0453/2013); László Honti (nru 0454/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0455/2013); Fabio Mincuzzi (nru 0456/2013); Edward Kasza (Apotheca Pacis) (nru 0457/2013); Louis Feldesi (nru 0458/2013); Янаки Ганчев (НПО „Орлов мост за промяна“) (nru 0459/2013); Laura Marini (nru 0460/2013); Татяна Ботева Мало (nru 0461/2013); Thomas Doorhy (nru 0462/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0463/2013); Gintautė Misiukaitė (nru 0464/2013); Thierry Lambin (nru 0465/2013); Thierry Lambin (nru 0466/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0467/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0468/2013); Sokol Hasani (nru 0469/2013); Koen Roovers (Alter - EU) (nru 0470/2013); Gian Marco Prampolini (LEAL - Lega Antivivisezionista ONLUS) (12437 firma) (nru 0471/2013); Robert Collinson (nru 0472/2013); Margaret Treston-Smith in Troisi (nru 0473/2013); Giancarlo Locarni (nru 0474/2013); Craig Sandiford (nru 0475/2013); Alberto Buttini (nru 0476/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0477/2013); Patrick Le Cam (nru 0478/2013); Maurizio Cancelmo (nru 0479/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0480/2013); Nadège Bonfils (Collectif O.I.N. Plaine du Var) (nru 0481/2013); Sohail Khan (nru 0482/2013); Edmund A. M. Neugebauer (IFOM - Institute for Research in Operative Medicine, Universität Witten/Herdecke) (46 firma) (nru 0483/2013); Ludwig Schmidt (nru 0484/2013); Heike Werding (nru 0485/2013); Matthias Pochmann (nru 0486/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0487/2013); Karim Abdelwahed (nru 0488/2013); Steffen Renno (nru 0489/2013); Markus Schickel (nru 0490/2013); Christoph Bilan (nru 0491/2013); Claudia Bratfisch (nru 0492/2013); Argirios Tsorakis (nru 0493/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0494/2013); Louis Dirickx (nru 0495/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0496/2013); Ulrich Langner (nru 0497/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0498/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0499/2013); Wolfgang Diesel (nru 0500/2013); Raitis Jākobsons (nru 0501/2013); Veneranda Beitane (nru 0502/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0503/2013); Ana Kulakova (nru 0504/2013); Krystian Salamon (nru 0505/2013); Norbert Mastalerz (Urząd miasta Tarnobrzega) (nru 0506/2013); Wiesław Wiśniewski (Stowarzyszenie dzieci ofiar wojny ziemi zamojskiej) (nru 0507/2013); Mateusz Witkowski (nru 0508/2013); Sylwia Mackowiak (Stowarzyszenie "Nasz dom") (nru 0509/2013); Iwona Hypsior Bak (F.H.U. Iwitrans) (nru 0510/2013); Janina Arasini (nru 0511/2013); Kamil Czernuszewicz (nru 0512/2013); Anna Cartiková (3 firem) (nru 0513/2013); Karol Krajčovič (nru 0514/2013); Turko Dezider (nru 0515/2013); Борислав Георгиев (nru 0516/2013); Веселинка Монева (nru 0517/2013); Иван Кузев (nru 0518/2013); Theodoros Pitikaris (nru 0519/2013); Mihail Ioannidis (nru 0520/2013); Eric Moons (nru 0521/2013); José Manuel Martín Álvarez (nru 0522/2013); Alicja Pietrzyk (20 firma) (nru 0523/2013); Pedro Segura Medina (nru 0524/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0525/2013); Gürz Cengiz (nru 0526/2013); Christian Paul Nelly Jean-Marie Gielen (nru 0527/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0528/2013); George Gindac (nru 0529/2013); Terence Patrick Bennett (nru 0530/2013); Barry Tyler (nru 0531/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0532/2013); Coordinamento Associazioni per il Problema del Pisu (10 firem) (nru 0533/2013); Martin Mittmann (nru 0534/2013); Luca Calenne (nru 0535/2013); Daniele Del Giudice (nru 0536/2013); Olivier Heloir (nru 0537/2013); Paul Philipp Maeser (nru 0538/2013); Christopher Burns (nru 0539/2013); Fulvio Fiorentini (nru 0540/2013); Fulvio Fiorentini (nru 0541/2013); Ada Busman (nru 0542/2013); Henri Autero (nru 0543/2013); Augusto Scandiuzzi (nru 0544/2013); (isem kunfidenzjali) (nru 0545/2013).
Data: 27.05.2013
José Luis Baró Fuentes (nru 0546/2013).
15. Ordni tal-ħidma
Il-punt li jmiss kien l-ordni tal-ħidma.
L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Ġunju 2013 (PE 512.506/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 140 tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
Rapport Gilles Pargneaux (A7-0337/2012) (punt 53 tal-PDOJ) Intervent ta': Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, li talab li d-dibattitu jiġi pospost għas-sessjoni ta' Lulju 2013.
Il-Parlament approva t-talba.
Il-programm PRISM tal-NSA Interventi ta': Guy Verhofstadt, f'isem il-Grupp ALDE, li talab li fl-aġenda tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sorveljanza tal-internet taċ-ċittadini tal-UE min-naħa tal-Istati Uniti (Programm PRISM tal-Aġenzija għas-Sigurtà Nazzjonali – NSA), u Hannes Swoboda, li stqarr li hu favur din it-talba. Il-Parlament approva t-talba u d-dikjarazzjoni tniżżlet fl-aġenda u ħadet post ir-rapport Gilles Pargneaux (A7-0337/2012) u se tiġi segwita minn ċiklu ta' interventi ta' kelliema tal-gruppi politiċi.
Rapport Carlos Coelho (A7-0226/2012) (punt 130 tal-PDOJ) Intervent ta': Carlos Coelho, f'isem il-Grupp PPE, li – biex jitqies il-ftehim konkluż mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar is-suġġett u b'hekk tkun tista' ssir votazzjoni llejla fil-kumitat dwar test ġdid adattat għall-kundizzjonijiet il-ġodda – talab li r-rapport tiegħu jiġi differit lill-kumitat b'konformità mal-Artikolu 175 tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva t-talba.
L-Erbgħa
Rapport Timothy Kirkhope (A7-0150/2013) (punt 143 tal-PDOJ) Interventi ta': Timothy Kirkhope, f'isem il-Grupp ECR, li talab li r-rapport jiġi differit lill-kumitat, b'konformità mal-Artikolu 175 tar-Regoli ta' Proċedura, Axel Voss biex jappoġġa din it-talba u Jan Philipp Albrecht biex jopponiha.
Rapporti Giovanni La Via (punt 120 tal-PDOJ) u Reimer Böge (punt 119 tal-PDOJ), Minħabba l-assenza ta' qbil fi ħdan il-Kunsill, iż-żewġ rapporti għadhom ma ġewx adottati fil-Kumitat għall-Baġits, iżda għandhom imniżżla fl-aġenda fil-każ li l-Kunsill jasal għal qbil. Intervent ta':Giovanni La Via.
° ° ° °
Intervent ta': Philip Claeys li jipproponi, fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' Catherine Ashton dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija (punt 165 tal-PDOJ), li jistieden għad-dibattitu anki lil Štefan Füle (membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-qasam tat-tkabbir u tal-Politika Ewropea tal-Viċinat) (il-President għarraf li se jibgħat it-talba).
Interventi ta': Bernd Posselt, li awspika li jkollu konferma li l-adeżjoni tal-Kroazja tibqa' garantita tkun xi tkun il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-kwistjoni tal-baġit (il-President tah assigurazzjoni dwar dan u tenna l-kritika tiegħu fil-konfront tal-Kunsill) u Francesco Enrico Speroni, dwar l-adeżjoni tal-Kroazja wkoll.
Intervent ta': Jean-Pierre Audy dwar l-iżvolġiment tas-seduti formali.
Intervent ta': Giovanni La Via dwar l-intervent ta' Francesco Enrico Speroni.
° ° ° °
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
16. Il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (dibattitu)
Rapport dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport intermedju) [2012/2117(INI)] - Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Rapporteur: Salvatore Iacolino (A7-0175/2013)
Interventi ta': Véronique Mathieu Houillon f'isem il-Grupp PPE, Tanja Fajon f'isem il-Grupp S&D, Sonia Alfano f'isem il-Grupp ALDE, Rui Tavares f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Krisztina Morvai, Timothy Kirkhope f'isem il-Grupp ECR, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFD, Cornelis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, Andrew Henry William Brons Membru mhux affiljat, Tadeusz Zwiefka, Rita Borsellino, Theodoros Skylakakis, Jan Philipp Albrecht, James Nicholson, Jaroslav Paška, Dimitar Stoyanov, Barbara Weiler, Bill Newton Dunn, Andreas Mölzer, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Inés Ayala Sender, Monica Luisa Macovei, Iliana Malinova Iotova u Emer Costello.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Mojca Kleva Kekuš, Anneli Jäätteenmäki, João Ferreira u Monika Smolková.
Interventi ta': Cecilia Malmström u Salvatore Iacolino.
17. Ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) ***I (dibattitu)
Rapport dwar proposta għal Direttiva UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-għoxrin Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [2011/0152(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Elisabeth Morin-Chartier (A7-0009/2013)
Elisabeth Morin-Chartier ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': László Andor (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Csaba Őry f'isem il-Grupp PPE, Sylvana Rapti f'isem il-Grupp S&D, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Karima Delli f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anthea McIntyre f'isem il-Grupp ECR, Georgios Toussas f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sari Essayah, Evelyn Regner, Michèle Rivasi, Milan Cabrnoch, Peter Liese u Antigoni Papadopoulou.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Sergio Gaetano Cofferati, Frédérique Ries u Andreas Mölzer.
PRESIDENZA: Edward McMILLAN-SCOTT Viċi President
Interventi ta': László Andor u Elisabeth Morin-Chartier.
18. Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni (dibattitu)
Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000057/2013) imressqa minn Pervenche Berès, f'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, lill-Kummissjoni: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni - inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020" (COM(2013)0083) (2013/2607(RSP)) (B7-0207/2013)
Pervenche Berès daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
László Andor (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb għall-mistoqsija
Interventi ta': Csaba Őry f'isem il-Grupp PPE, Evelyn Regner f'isem il-Grupp S&D, Philippe De Backer f'isem il-Grupp ALDE, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Krisztina Morvai, Tadeusz Cymański f'isem il-Grupp EFD, Inês Cristina Zuber f'isem il-Grupp GUE/NGL, Thomas Mann, Sylvana Rapti, Edite Estrela, Regina Bastos, Alejandro Cercas, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Sergio Gutiérrez Prieto, Jan Olbrycht u Sari Essayah.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, li wieġbet ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Pervenche Berès, Mojca Kleva Kekuš, Marian Harkin, Malika Benarab-Attou, Erik Bánki, Andreas Mölzer u Krisztina Morvai.
Intervent ta': László Andor.
PRESIDENZA: Oldřich VLASÁK Viċi President
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Pervenche Berès, f'isem il-Kummissjoni Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni - inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020" (2013/2607(RSP)) (B7-0255/2013).
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 [2011/0137(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Jürgen Creutzmann (A7-0185/2013)
Jürgen Creutzmann ippreżenta r-rakkomandazzjoni.
Intervent ta': Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Małgorzata Handzlik f'isem il-Grupp PPE, Anna Hedh f'isem il-Grupp S&D, Adam Bielan f'isem il-Grupp ECR, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt u Theodor Dumitru Stolojan.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly, Phil Prendergast, Amelia Andersdotter, Sari Essayah u Josefa Andrés Barea.
Interventi ta': Algirdas Šemeta u Jürgen Creutzmann.
20. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura:
Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Claudette Abela Baldacchino, Pat the Cope Gallagher, Indrek Tarand, Paul Murphy, Monika Panayotova, Ricardo Cortés Lastra, Ildikó Gáll-Pelcz, Corina Creţu, Michael Gahler, Vojtěch Mynář, Ana Miranda, Andrey Kovatchev, Katarína Neveďalová, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, María Muñiz De Urquiza, Jelko Kacin, Jean-Jacob Bicep, João Ferreira, Martin Ehrenhauser, Georgios Papanikolaou, Monica Luisa Macovei, Salvador Sedó i Alabart, Bruno Gollnisch, Angelika Niebler, Maria Eleni Koppa, Monika Hohlmeier u Alexander Mirsky.
21. Aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur [2012/2133(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Vicente Miguel Garcés Ramón (A7-0163/2013)
Vicente Miguel Garcés Ramón għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly, António Fernando Correia de Campos, Ana Miranda, João Ferreira, Olga Sehnalová, Ildikó Gáll-Pelcz, Phil Prendergast, Erik Bánki u María Irigoyen Pérez.
Intervent ta': Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni).
Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 61(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li kien irċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (Tfassil mill-ġdid) (08260/2/2013 - C7-0163/2013 - 2009/0165(COD)) irreferut responsabbli: LIBE
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (Tfassil mill-ġdid) (15605/3/2012 - C7-0164/2013 - 2008/0243(COD)) irreferut responsabbli: LIBE
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) (14654/2/2012 - C7-0165/2013 - 2008/0244(COD)) irreferut responsabbli: LIBE
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 11 ta' Ġunju 2013..
23. L-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea [2012/2293(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Karima Delli (A7-0155/2013)
Karima Delli għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria do Céu Patrão Neves, Phil Prendergast, Marije Cornelissen, Claudio Morganti, Csaba Sógor, Alejandro Cercas, Inês Cristina Zuber, Erik Bánki, Csaba Sándor Tabajdi, Ana Miranda, Dimitar Stoyanov, li wieġeb ukoll għal mistoqsija "karta blu" ta' Karima Delli, Danuta Jazłowiecka, Vilija Blinkevičiūtė, Jaroslav Paška u Sari Essayah.
Intervent ta': Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni).
24. Il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE [2013/2009(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Licia Ronzulli (A7-0164/2013)
Licia Ronzulli għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Seán Kelly, Vasilica Viorica Dăncilă, Ildikó Gáll-Pelcz, Mojca Kleva Kekuš, Elena Băsescu, Katarína Neveďalová u Zita Gurmai.
Intervent ta': Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni).
26. Il-politika reġjonali bħala parti minn skemi usa' ta' għajnuna mill-Istat (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-politika reġjonali bħala parti minn skemi usa' ta' għajnuna mill-Istat [2013/2104(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Oldřich Vlasák (A7-0204/2013)
Oldřich Vlasák għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Mojca Kleva Kekuš, Erik Bánki, João Ferreira u Elena Băsescu.
Intervent ta': Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni).
27. Servizz ta' Pedaġġ Elettroniku u sistema ta' vinjetti għall-vetturi ħfief privati fl-Ewropa (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar Strateġija għal Servizz ta’ Pedaġġ Elettroniku u sistema ta’ vinjetti għal vetturi ħfief privati fl-Ewropa [2012/2296(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Jim Higgins (A7-0142/2013)
Jim Higgins għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Erik Bánki, Spyros Danellis, Jaroslav Paška u João Ferreira.
Intervent ta': Algirdas Šemeta (Membru tal-Kummissjoni).