Skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-Ombudsman informa lill-Awtorità baġitarja bil-proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 02/2013.
Skont l-Artikolu 40(2) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Europol, il-Bord Amministrattiv tal-Europol bagħat lill-Awtorità baġitarja r-rapport annwali tiegħu tal-attivitajiet għas-sena finanzjarja 2012.
Is-Cedefop bagħat lill-Awtorità baġitarja l-Valutazzjoni tiegħu tad-dħul u tan-nefqa għas-sena finanzjarja 2014 u l-pjan pluriennali fil-qasam tal-politika tal-persunal 2014-2016.