9. Corrigendum (Artikolu 216 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat IMCO bagħat dan il-corrigendum ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:
Corrigendum P6_TA(2009)0360(COR01) għad-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 337 tat-18.12.2009, p.11) - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva hawn fuq msemmija P6_TA(2009)0360 (ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 260)) (16497/1/2008 – C6-0068/2009 – 2007/0248(COD))
Bi qbil mal-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dan il-corrigendum jitqies approvat sakemm fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, grupp politiku jew grupp ta' mill-inqas erbgħin Membru ma jitlobx li ssir votazzjoni dwaru.
Il-corrigendum hu disponibbli fuq is-sit Séance en direct għall-perjodu kemm iddum din is-sessjoni.