Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi [COM(2012)0381 - C7-0187/2012- 2012/0185(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Vilja Savisaar-Toomast (A7-0199/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)
Brian Simpson (President tal-Kumitat TRAN), ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva, skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva tali proposta. Il-kwistjoni tqieset għalhekk posposta għal rieżami lill-kumitat responsabbli.