rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE [COM(2012)0380 - C7-0186/2012- 2012/0184(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Werner Kuhn (A7-0210/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)
Brian Simpson (President tal-Kumitat TRAN), ippropona l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva, skont l-Artikolu 57(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva tali proposta. Il-kwistjoni tqieset għalhekk posposta għal rieżami lill-kumitat responsabbli.