F'konformità mal-Artikolu 140(2) tar-Regoli ta' Proċedura, u bi qbil mal-gruppi politiċi, il-President ippropona li jħassar mill-aġenda tal-Ħamis id-dibattitu dwar Is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-Eġittu (Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura) (punt 148 tal-Aġenda), wara d-deċiżjoni li jiġi organizzat dibattitu dwar l-istess suġġett illum waranofsinhar (punt 14 tal- Minuti ta' 1.7.2013).
Intervent ta': Hannes Swoboda f'isem il-Grupp S&D, li xtaq iżomm il-punt fl-Aġenda. Il-President fakkar li r-Regoli ta' Proċedura ma jippermettux li jiġu organizzati żewġ dibattiti simili dwar l-istess suġġett fl-istess ġimgħa. Huwa għalhekk ippropona li d-dibattitu tal-Ħamis jiġi intitolat "Riskji marbuta mal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Eġittu".