15. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Id-Direttiva tal-Kummissjoni li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilmijiet interni (D025592/02 - 2013/2756(RPS) – terminu: 15/08/2013) irreferut responsabbli TRAN
- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru .../... ta’ XXX li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' sustanzi li jagħtu l-ħlewwa f'ċerti pejsts tal-frott u tal-ħaxix (D027805/03 - 2013/2709(RPS) - skadenza: 11/09/2013) irreferut responsabbli: ENVI