9.1. Il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina *** (Artikolu 138 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta’ Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina [06373/2013 - C7-0070/2013- 2012/0274(NLE)] Rapporteur: Amalia Sartori (A7-0298/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)