Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati [COM(2012)0788 - C7-0420/2012- 2012/0366(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Linda McAvan (A7-0276/2013)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)
- Toine Manders għamel intervent biex iressaq emenda orali għall-emenda 4; billi aktar minn erbgħin Membru opponew li din tiġi kkunsidrata, l-emenda ma ġietx aċċettata;
- Linda McAvan, rapporteur, għamlet intervent wara l-votazzjoni dwar il-proposta emendata tal-Kummissjoni biex tipproponi l-posponiment tal-votazzjoni dwar l-abbozz għal riżoluzzjoni leġżlattiva skont l-Artikolu 57(2), tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-Parlament approva din il-proposta. Il-kwistjoni ġiet differita lill-kumitat kompetenti għal rieżami.