Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000067/2013) imressqa minn Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, lill-Kummissjoni: It-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar l-infurzar transkonfinali tal-liġi fl-UE permezz tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Prüm u l-Mudel Ewropew għall-Iskambju ta' Informazzjoni (EIXM) (2013/2586(RSP)) (B7-0501/2013)
Juan Fernando López Aguilar daħal aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Interventi ta': Agustín Díaz de Mera García Consuegra f'isem il-Grupp PPE, Josef Weidenholzer f'isem il-Grupp S&D, Olle Schmidt f'isem il-Grupp ALDE, Jan Philipp Albrecht f'isem il-Grupp Verts/ALE, Monica Luisa Macovei, Wim van de Camp u Marco Scurria.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Petru Constantin Luhan u Bogusław Liberadzki.
Intervent ta': Cecilia Malmström.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni ppreżentata fi tmiem id-dibattitu, skont l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura.
- Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fl-UE: l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Prüm u l-Mudell Ewropew ta' Skambju ta' Informazzjoni (EIXM) (2013/2586(RSP)) (B7-0433/2013).