Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 21 ta' Ottubru 2013 - Strasburgu

4. Talba għal proċedura ta' urġenza

Talba mill-Kunsill biex tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza (Artikolu 142 tar-Regoli ta' Proċedura) għal:

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni - [COM(2013)0418 - C7-0176/2013- 2013/0192(COD)]

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni - [COM(2013)0417 - C7-0175/2013- 2013/0191(COD)]

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott - [14220/2013 - C7-0355/2013- 2013/0189(NLE)]

Il-Parlament se jieħu deċiżjoni dwar it-talba għal proċedura ta' urġenza fil-bidu tas-seduta ta' għada.

Avviż legali - Politika tal-privatezza